Opossum grazzjuż tat-Tramuntana
L-opossum grazzjuż tat-Tramuntana, magħruf xjentifikament bħala Gracilinanus marica, huwa mammiferu marsupjal tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi grazzjużi nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Opossum grazzjuż tat-Tramuntana | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Didelphimorphia |
Familja | Didelphidae |
Ġeneru | Gracilinanus |
speċi | Gracilinanus marica Thomas, 1898
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Dan l-opossum grazzjuż huwa marsupjal b'abitudni notturna (attiv bil-lejl) b'attività minima matul il-ġurnata. Gracilinanus marica jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti subtropikali u tropikali umdi u huwa mammiferu primarjament arborju (jgħix fis-siġar), għalkemm jinżel mal-art biex jiekol xi frott u jikaċċa.
Dieta
immodifikaDan l-opossum huwa marsupjal b'dieta omnivora li tikkonsisti minn frott, insetti u annimali invertebrati żgħar oħra.
Distribuzzjoni
immodifikaGracilinanus marica huwa speċi b'distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa fil-Kolombja u l-Veneżwela u ristretta f'abitat li qiegħed jonqos drastikament.
Referenzi
immodifika- Nowak, Ronald M.: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, 1999 ISBN 0801857899
- Voss, R.S., Lunde, D.P. & Jansa, S.A. 2005. On the Contents of Gracilinanus Gardner & Creighton, 1989, with the Description of a Previously Unrecognized Clade of Small Didelphid Marsupials. American Museum Novitates 3482:1-34, 2005.
- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
- Infonatura
Ħoloq esterni
immodifika- New World Marsupial Specialist Group 1996. Gracilinanus marica. Lista Ħamra tal-IUCN 2006
- Tassonomija tal-Mammiferi