No (teatru)
Dan l-artiklu dwar il-kultura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
In-No (能) huwa forma ta' teatru li jsib l-għeruq tiegħu fil-Ġappun fis-seklu 14 fost dawk ta' kultura għolja, kuntrarju għall-kabuki li huwa t-teatru iktar vulgari (mhux f'sens moralistiku). It-testi tan-no huma mibnija b'tali mod li jistgħu jiġu interpretati b'mod ħieles mill-ispettatur; dan huwa dovut għall-partikolarità tal-lingwa użata li tikkonsisti minn ħafna omofoni. It-teatru No huwa kkaratterizzat minn maskri karatteristiċi, il-grazzja tal-atturi, kif ukoll il-lajma li biha jiġu interpretati l-partijiet.
Rappreżentazzjoni tipika tan-No tkun twila bejn 30 u 120 minuta. Ir-repertorju kollu tan-No jgħodd mal-250 rappreżentazzjoni, maqsuma f'ħames kategoriji (organizzati skont it-tema prinċipali):
- l-ewwel kategorija: rappreżentazzjonijiet fuq id-divinità.
- it-tieni kategorija: rappreżentazzjonijiet fuq il-ġellieda.
- it-tielet kategorija: rappreżentazzjonijiet fuq in-nisa.
- ir-raba' kategorija: rappreżentazzjonijiet varji.
- il-ħames kategorija: rappreżentazzjonijiet fuq id-dimonji.