Nimbacinus
Nimbacinus huwa ġeneru ta' mammiferi estinti, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-Lupi marsupjali tal-kontinent tal-Awstralja.
Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent tal-Awstralja) u fil-familja Thylacinidae. Nimbacinus huwa ġeneru li jiġbor fih żewġ speċi estinti, li kienu jgħixu mill-Oligoċen ta' Fuq sa fil-Mijoċen Nofsani.
Dan il-ġeneru fossilu nstab kemm fid-depożiti ta' Riversleigh, fil-Majjistral tal-istat ta' Queensland kif ukoll fid-depożiti ta' Bullock Creek, fit-Territorju tat-Tramuntana fl-Awstralja.
Speċi tal-ġeneru
immodifika- Ġeneru Nimbacinus (Archer & Muirhead, 1990)
- Nimbacinus dicksoni (Archer & Muirhead, 1990) (estinta)
- Nimbacinus richi (estinta)
Referenzi
immodifikaFil-Wikispeċi hemm informazzjoni relatata ma': Nimbacinus |
- Murray, P. & Megirian, D. 2000. Two new genera and three new species of Thylacinidae (Marsupialia) from the Miocene of the Northern Territory, Australia. The Beagle, Records of the Museum and Art Galleries of the Northern Territory 16:145-162.