Nadya Nozharova

Nadya Mateeva Nozharova, magħrufa wkoll bħala Countess Nadya de Navarro Farber [1] kienet kantanta u attriċi tal-operetta Bulgara, [2] [3] Imprenditriċi amerikana, filantropa u kontessa Spanjola. [4]

Nadya Nozharova
BASA-1625K-1-22-14-Nadya Nozharova, Countess Nadia de Navarro-Farber.JPG
Ħajja
Twelid Pleven (en) Translate, 21 Novembru 1916
Nazzjonalità Bulgarija
Stati Uniti tal-Amerka
Mewt Long Island (en) Translate, 18 April 2014
Familja
Konjuga/i Angel Sladkarov (en) Translate  (1936 -  1940)
Edukazzjoni
Lingwi Bulgaru
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
attur ċinematografiku
negozjant

BijografijaEdit

KarrieraEdit

Nadya Nozharova twieldet f'Preven fil-21 ta' Novembru 1916. Missierha kien kummerċjant għall-materjali elettriċi. Hija studjat fl-iskola tal-bniet Amerikani f'Lovech, qabel ma reġgħet lura għal Pleven u fl-1934 bdiet il-karriera tagħha fit-teatru tal-operet "Angel Sladkarov" li kienet iddur magħha fil-Bulgarija. Wara ż-żarmar tal-grupp teatrali, hija kellha fit-teatri "Odeon", "Bulgarija", u "Theatre Corporate".[2] Hija marret il- Ġermanja, fejn studjat "Kant". Wara li ġiet lura l-Bulgarija hija kellha fil-film "Izpitanie" (Prova) fl-1942.[5] [3]

Mietet fit-18 ta’April 2014 f'Long Island. [6]

FamiljaEdit

Wara li bdiet tirreċta fit-teatru tal-operetta "Angel Sladkarov" fl-1936, hija żżewġet ftit jiem wara lil Angel Sladkarov fil-Monasteru ta' Troyan.[2] u hi żżewġet lill-Konti Spanjol de Navarro, diplomatiku mil-Vatikan, minn min hija rċeviet it-titlu ta '"Kontessa". Huma għexu f'Monte Carlo.

Wara l-mewt ta' żewġha fl-1949, hija marret toqgħod l-Istati Uniti u fl-1953 iżżewġet lil Sid Farber, li kellu proprjetà ta' bini u kumpanija tal-propjetà immobbli.[3] Il-koppja bnew kastell fi stil Mawriż bħala dar tal-vaganzi fi St Croix fil- Gżejjer Verġni Amerikani. [7] Wara l-mewt tiegħu fl-1985 hija rċeviet propjetà kbira u iżżewġet Yuriy Farber.[1]

KaritàEdit

Fl-Stati Uniti, hi appoġġjat bosta organizzazzjonijiet għall-għajnuna lil immigranti Lhud u Venezwelani: is-Salib l-Aħmar f'Monako, l-Isptar Amerikan f'Pariġi, u l-isptar Princess Grace f'Monako.[4]

GallerijaEdit

ReferenziEdit

  1. ^ a b [1]
  2. ^ a b c Марин
  3. ^ a b c Диана
  4. ^ a b "In Memory of Countess Nadia de Navarro-Farber"
  5. ^ "In memoriam Надя Ножарова (графиня Надя де Наваро Фарбър)
  6. ^ "In Memory of Countess Nadia de Navarro-Farber"
  7. ^ "This Caribbean Castle Was a Countess's Dream Home Brought to Life"