Music from The Body
Music from The Body hu s-soundtrack album għall-film dokumentarju ta' Roy Battersby tal-1970 The Body,[1] dwar il-bijoloġija umana, li fih narrazzjoni ta' Vanessa Redgrave u Frank Finlay.
Storja
immodifikaIl-mużika kienet komposta b'kollaborazzjoni bejn il-membri tal-Pink Floyd, Roger Waters u Ron Geesin,[1] u tagħmel użu mill-bijomużika, inklużi ħsejjes magħmulin mill-ġisem tal-bniedem (daqqiet, nifs, daħq, kliem minn taħt l-ilsien, mogħdija ta' riħ, eċċ.),[1] flimkien mal-kitarra, il-pjanu u strumenti tal-korda li lkoll huma aktar tradizzjonali. Id-data ta' dal-album tpoġġieh bejn Ummagumma u Atom Heart Mother,[1] - dan tal-aħħar ukoll ħa sehem fih Geesin bħala kollaboratur.[1] L-aħħar track tal-album, "Give Birth to a Smile", idoqqu fiha l-erba' membri tal-Pink Floyd, flimkien ma' Geesin fuq il-pjanu, għad illi David Gilmour, Nick Mason u Richard Wright ma jissemmewx.[1]
Kien biss fl-1984 li Waters ħareġ album solo ieħor: The Pros and Cons of Hitch Hiking.[1]
Il-lista tal-kanzunetti
immodifikaIl-kanzunetti huma kollha miktubin minn Ron Geesin, ħlief dawk fejn jingħad mod ieħor:[1]
- "Our Song" (Geesin/Waters) – 1:24
- "Sea Shell and Stone" (Waters) – 2:17
- "Red Stuff Writhe" – 1:11
- "A Gentle Breeze Blew Through Life" – 1:19
- "Lick Your Partners" – 0:35
- "Bridge Passage for Three Plastic Teeth" – 0:35
- "Chain of Life" (Waters) – 3:59
- "The Womb Bit" (Geesin/Waters) – 2:06
- "Embryo Thought" – 0:39
- "March Past of the Embryos" – 1:08
- "More Than Seven Dwarfs in Penis-Land" – 2:03
- "Dance of the Red Corpuscles" – 2:04
- "Body Transport" (Geesin/Waters) – 3:16
- "Hand Dance — Full Evening Dress" – 1:01
- "Breathe" (Waters) – 2:53
- "Old Folks Ascension" – 3:47
- "Bed-Time-Dream-Clime" – 2:02
- "Piddle in Perspex" – 0:57
- "Embryonic Womb-Walk" – 1:14
- "Mrs. Throat Goes Walking" – 2:05
- "Sea Shell and Soft Stone" (Geesin/Waters) – 2:05
- "Give Birth to a Smile" (Waters) – 2:49
Mużiċisti
immodifika- Roger Waters: kitarra bass, leħen, kitarra
- Ron Geesin: kitarra, vjolinċell, orgni Hammond, armonju, banġo, mandolina, strumenti varji tal-korda
- David Gilmour: kitarra elettrika (f'"Give Birth to a Smile")
- Nick Mason: tnabar (f'"Give Birth to a Smile")
- Richard Wright: orgni Hammond (f'"Give Birth to a Smile")
F'"Give Birth to a Smile" ħa sehem ukoll kor ta' kantanti nisa li jkantaw fl-isfond waqt li Waters ikanta l-versi tiegħu imma li mbagħad jieħdu f'idejhom ir-ritornell hekk kif il-kanzunetta tissokta. L-album ma jgħidx min huma dan-nisa, u lanqas Waters, Geesin, jew il-kotba dwar il-grupp ma jgħidu min kienu.
Referenzi
immodifikaĦoloq esterni
immodifika- The Body [1] fuq Internet Movie Database