Muribacinus gadiyuli
speċi ta' mammiferu
Muribacinus gadiyuli hija speċi ta' mammiferu estint, il-marsupjali karnivori (id-dasjuromorfji), eżattament il-lupi marsupjali tal-kontinent tal-Awstralja.
Muribacinus gadiyuli | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Dasyuromorphia |
Familja | Thylacinidae |
Ġeneru | Muribacinus |
speċi | Muribacinus gadiyuli ,
|
Din l-ispeċi qiegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent ta' l-Awstralja), fil-familja Thylacinidae u fil-ġeneru Muribacinus li fih din l-ispeċi waħda biss estinta.
Din l-ispeċi fossila nstabet f'depożiti tal-Mijoċen ta' Riversleigh, fil-Majjistral tal-istat ta' Queensland, fl-Awstralja.
Referenzi
immodifika- Wroe, S. 1996. Muribacinus gadiyuli (Thylacinidae: Marsupialia), a very plesiomorphic thylacinid from the Miocene of Riversleigh, northwestern Queensland, and the problem of paraphyly for the Dasyuridae (Marsupialia). Journal of Palentology 70(6):1032-1044.