Mudell:PaġnaPrinċipali/Vetrina/Mejju 2009
Charles Robert Darwin kien naturalista Ingliż li x-xogħol u t-teoriji tiegħu dwar l-evoluzzjoni tal-ispeċi ħajjin irrivoluzzjonaw profandament il-bijoloġija. Wara li kiseb il-fama fost ix-xjenzjati għal ħidma tiegħu fil-lok u r-riċerki tiegħu fl-ġeoloġija, ippropona l-ipoteżi li l-ispeċi ħajjin kollha evolvew matul iż-żmien minn antenat komuni jew għadd ta' antenati komuni permezz tal-proċess tas-selezzjoni naturali. It-teorija tal-evoluzzjoni ġiet aċċettata mill-komunità xjentifika u l-pubbliku ġenerali matul ħajtu, filwaqt li t-teorija tiegħu tal-selezzjoni naturali kellha tistenna sas-snin tletin biex tkun ġeneralment meqjusa bħala l-ispjegazzjoni essenzjali tal-proċess tal-evoluzzjoni. Sas-seklu 21, kienet il-bażi tat-teorija moderna tal-evoluzzjoni. F'forma emendata, l-iskoperta xjentifika ta' Darwin baqgħet sa issa s-sisien tal-bijoloġija billi tispjega b'mod loġiku u unifikat id-diversità tal-ħajja.