Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/4 ta' Awwissu
4 ta' Awwissu:
- 70 – Ir-Rumani qerdu t-Tieni Tempju ta' Ġerusalemm.
- 1914 – L-Ewwel Gwerra Dinjija: Il-Ġermanja invadiet il-Belġju. Bi tweġiba, ir-Renju Unit iddikjara gwerra kontra l-Ġermanja. L-Istati Uniti ddikjaraw ruħhom newtrali.
- 1964 – Moviment Amerikan għad-drittijiet ċivili: L-attivisti għad-drittijiet ċivili Michael Schwerner, Andrew Goodman u James Chaney instabu mejtin fil-Mississippi wara li kienu sparixxew fil-21 ta' Ġunju.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1792 – Percy Bysshe Shelley (stampa), poeta Ingliż (m. 1822)
- 1805 – William Rowan Hamilton, matematiku Irlandiż (m. 1865)
- 1901 – Louis Armstrong, mużiċista tal-jazz Amerikan (m. 1971)
Mietu f'dan il-jum...
- 1875 – Hans Christian Andersen, kittieb Daniż (t. 1805)
- 1914 – Jules Lemaître, kritiku u drammaturgu Franċiż (t. 1853)
- 1958 – Ethel Anderson, poeta Awstraljana (t. 1883)
Kommemorazzjonijiet...
F'Burkina Faso jiċċelebraw l-anniversarju tar-rivoluzzjoni. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Ġwann Marija Vianney. Il-Knisja Kopta tiċċelebra l-festa ta' Marija Maddalena.