Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/15 ta' April
15 ta' April:
- 1755 – Id-dizzjunarju tal-Ingliż ta' Samuel Johnson, A Dictionary of the English Language ġie ppublikat f'Londra.
- 1989 – It-traġedja ta' Hillsborough: 96 partitarju mietu bil-pressa mill-folla waqt logħba futbol fis-semifinali tal-FA Cup bejn Liverpool u Nottingham Forest ġewwa l-Hillsborough Stadium.
- 1989 – Mal-mewt ta' Hu Yaobang, bdew il-protesti tal-Pjazza Tjananmen fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1452 – Leonardo da Vinci (stampa), artista, xjenzjat u pittur tar-Rinaxximent Taljan (m. 1519)
- 1707 – Leonhard Euler, matematiku Żvizzeru (m. 1783)
- 1843 – Henry James, awtur Amerikan (m. 1916)
Mietu f'dan il-jum...
- 1446 – Filippo Brunelleschi, arkitett Taljan (t. 1377)
- 1757 – Rosalba Carriera, pittriċi Taljana (t. 1675))
- 1990 – Greta Garbo, attriċi Żvediża (t. 1905)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Annibal u tal-Qaddisin Bażilissa u Anastażja.