Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/10 ta' Novembru
10 ta' Novembru:
- 1444 – Battalja ta' Varna: Il-forzi tal-kruċjata tar-Re Władysław III tal-Polonja ġew megħluba mit-Torok tas-Sultan Murad II.
- 1942 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Il-Ġermanja invadiet lil Franza ta' Vichy wara li l-ammirall Franċiż François Darlan qabel fuq armistizju mal-Alleati fl-Afrika ta' Fuq.
- 1995 – Fin-Niġerja, l-awtur televiżiv, rumanzier, imprenditur u ambjentalista Ken Saro-Wiwa u tmien attivisti oħra tal-Moviment għas-sopravivenza tal-poplu Ogoni (Mosop), ġew mgħallqa minn ordni tal-forzi governattivi.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1483 – Martin Luther, riformatur Protestant Ġermaniż (m. 1546)
- 1759 – Friedrich Schiller (stampa), kittieb Ġermaniż (m. 1805)
- 1928 – Ennio Morricone, kompożitur Taljan
Mietu f'dan il-jum...
- 1938 – Mustafa Kemal Atatürk, fundatur u l-ewwel President tat-Turkija (t. 1881)
- 1891 – Arthur Rimbaud, poeta Franċiż (t. 1854)
- 1982 – Leonid Brežnev, Segretarju Ġenerali tal-Partit Komunista tal-Unjoni Sovjetika (t. 1906)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Iljun I.