Mudell:Kriterji għat-tħassir minnufih
Fil-każijiet segwenti, wara li tiġi ċċekkjata l-kronoloġija, jista' jiġi mitlub it-tħassir minnufih ta' paġna, mingħajr ma tiġi mdaħħla fil-lista tal-paġni għat-tħassir:
- paġna vojta, paġna ta' prova, mingħajr sinjifikat jew b'kontenut mingħajr sens (eżempju: "qed tagħrafni?", "aw xbin!"), paġna tawtoloġika (kontenut li huwa l-istess jew ekwivalenti għat-titlu) jew inkella kitba stupida.
- artiklu li fih biss frażijiet offensivi, vulgari jew diffamatorji lejn persuni, azjendi, istituzzjonijiet jew entitajiet oħra.
- artiklu miktub b'lingwa oħra li mhux il-Malti, jew inkella tradott b'sistemi ta' traduzzjoni awtomatiċi jew semi-awtomatiċi (bħall-babelfish u oħrajn).
- paġna li fiha biss ħoloq esterni u spam jew li tirriklama prodotti, servizzi jew nies (inklużi noti awtopromozzjonali) jew curricula vitæ personali, speċjalment jekk miktuba mill-persuna nnifisha.
- paġna orfni, b'titlu ħażin jew b'kontenut identiku għal paġni oħra diġà eżistenti (meta t-tlieta jkunu preżenti fl-istess ħin).
- kategoriji mingħajr artiklu jew sottokategoriji (bl-eċċezzjoni ta' ċerti kategoriji ta' servizz).
- paġna li diġà tħassret b'deċiżjoni tal-komunità li reġgħet inħolqot mingħajr ma ġew eliminati il-motivi li kienu wasslu għat-tħassir.
- paġna proviżorja maħluqa għall-inverżjoni tar-rindirizzament.
- rindirizzament bi żbalji ta' ortografija fit-titlu jew inkella rindirizzi lejn paġni li ma jeżistux.
- diskussjoni ta' paġna li diġà tħassret, liema kontenut ma jirrapreżentax argumenti ta' valur ġenerali.
- stampa doppja u orfni, li ma taħdimx, vojta jew diġà preżenti fuq Commons.
- stampa li qed tikser b'mod ċar il-copyright.
- vjolazzjoni ta' copyright.
- stampa li ilha mingħajr informazzjoni għal iktar minn ġimgħa.
- paġna mill-ispazju tal-isem "Utent:" liema titlu ma jaqbel mal-ebda utent reġistrat jew paġna ta' dan l-ispazju tal-isem maħluqa minn IP jew utent ieħor.
- paġni trasferti skont il-proċedura.
- sottopaġna tal-ispazju tal-isem "Utent:" jew "Diskussjoni utent:", liema tħassir huwa mitlub mill-utent innifsu.
- L-amministraturi jistgħu jsibu l-lista tal-paġni senjalati b'dal-mod fuq Kategorija:Proposti għat-tħassir minnufih.