Opossum ta' denbu qasir ta' Reig
L-Opossum ta' denbu qasir ta' Reig, magħruf xjentifikament bħala Monodelphis reigi, huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ta' denbhom qosra l-inqas fost l-opossumi li huma addattati għal ħajja fis-siġar, nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Opossum ta' denbu qasir ta' Reig | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia Gill, 1872 |
Familja: | Didelphidae Gray, 1821 |
Sottofamilja: | Didelphinae Gray, 1821 |
Ġeneru: | Monodelphis Burnett, 1830 |
Speċi: | M. reigi |
Isem binominali | |
Monodelphis reigi Lew u Pérez-Hernández, 2004 |
Dan l-opossum huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali vertebrati żgħar oħra. Monodelphis reigi għandu distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u huwa speċi endemika tal-Veneżwela. Dan il-marsupjal kien skopert għal ewwel darba fl-2004 f'Paso del Alto La Escalera, 134km 'il bogħod minn El Dorado-Santa Elena de Uairen, Sierra de Lema, fl-istat ta' Bolívar, f'elevazjoni ta' madwar 1300 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Ġeneru Monodelphis
- Opossum ta' denbu qasir ta' Reig, Monodelphis reigi
- Ġeneru Monodelphis
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- D. Lew & R. Pérez-Hernández: Una nueva especie del género Monodelphis (Didelphimorphia: Didelphidae) de la sierra de Lema, Venezuela. Memoria de la Fundación La Salle de Ciencias Naturales 159-160: 7-25 (2004)
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4