Mona Baker (imwielda fl-1953) hija professur tal-Istudji tat-Traduzzjoni u d-Direttur taċ-Ċentru għat-Traduzzjoni u Studji Interkulturali ġewwa l-Università ta’ Manchester fl-Ingilterra.[1]

Mona Baker
Ħajja
Twelid Kajr, 20 Settembru 1953, 29 Settembru 1953 (71 sena)
Nazzjonalità Eġittu
Edukazzjoni
Alma mater The American University in Cairo (en) Translate
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni lingwista
professur
traduttur
riċerkatur
kittieb
Impjegaturi University of Manchester (en) Translate  (1 Ġunju 2001 -

Karriera

immodifika

Baker studjat fl-Università Amerikana tal-Kajr, fejn kisbet B.A. fl-Ingliż u fil-Letteratura Komparattiva. Wara kompliet tistudja l-Lingwistika Applikata fl-Università ta’ Birmingham, fejn kisbet M.A. Fl-1995, Baker bdiet taħdem fl-Istitut tax-Xjenza u t-Teknoloġija tal-Università ta’ Manchester (UMIST), fejn laħqet professur fl-1997. Bħalissa, qed tokkupa r-rwol ta’ President tal-Istudji tat-Traduzzjoni.[2]

Baker hi l-fundatriċi ta’ St. Jerome Publishing fejn kienet id-direttur editorjali sal-2014 meta Routledge xtraw il-katalogu St. Jerome. Waqqfet ukoll il-ġurnal internazzjonali The Translator.

Ilha membru onorarju tal-IAPTI (Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Tradutturi u Interpreti Professjonali)[3] mill-2009. Fil-qafas ta’ din l-assoċjazzjoni, Baker għamlet diskors dwar “L-etika fil-Kurrikulu tat-Traduzzjoni/Interpretar”[4]. Hi wkoll il-ko-Viċi-President tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Traduzzjoni u l-Istudji Interkulturali.

Bħala riċerkatriċi, l-interessi tagħha huma t-traduzzjoni u l-kunflitt, ir-rwol tal-etika fir-riċerka u t-taħriġ fil-qasam tal-Istudji tat-Traduzzjoni, l-applikazzjoni tat-teorija tan-narrativa għat-traduzzjoni u l-interpretar, komunitajiet attivisti fit-traduzzjoni u studji tat-traduzzjoni bbażati fuq korpus. Infatti, hi ppubblikat b’mod estensiv dwar dawn l-oqsma. Editjat ukoll xogħlijiet ta’ referenza.[5]

Il-Kunflitt fil-Lvant Nofsani u Akkademiċi Iżraeljani

immodifika

Baker ġiet ikkritikata b’mod qawwi u kkreat kontroversja kbira meta fl-2002 talbet ir-riżenja ta’  żewġ akkademiċi Iżraeljani, Dr. Miriam Shlesinger mill-Università ta’ Bar-Ilan u Professur Gideon Toury mill-Università ta’ Tel Aviv fl-Iżrael, mill-bordijiet editorjali tal-ġurnali tagħha The Translator u Translation Studies Abstracts, minħabba l-affiljazzjoni tagħhom mal-istituzzjonijiet Iżraeljani.[6][7]

Baker iddikjarat li din l-interpretazzjoni tal-bojkott fil-konfront tal-istituzzjonijiet Iżraeljani kienet individwali u ma kinitx neċessarjament qed tippretendi li firmatarji oħra ta’ dan il-bojkott f’pożizzjonijiet simili se jieħdu l-istess azzjoni. Baker, ta’ oriġini Eġizzjani, qalet li stagħġbet bl-għagħa li nqalgħat fuq żewġ ġurnali “żgħar”. Kelliema għall-università ddikjarat li: “Din m’għandhiex x’taqsam mal-UMIST. Id-dokumentazzjoni tal-bojkott tiddikjara b’mod ċar li Mona Baker qed tiffirmaha bħala individwu.”[6]

Sussegwentement, Baker ħabbret li The Translator mhux se jibqa jippublika iktar riċerka minn akkademiċi Iżraeljani u se jirrifjuta li jbiegħ kotba u ġurnali lil-libreriji Iżraeljani.[8]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Professor Mona Baker". Webpage at the University of Manchester Institute of Technology (bl-Ingliż).
  2. ^ [www.llc.manchester.ac.uk "School of Arts, Languages and Cultures - The University of Manchester"] Iċċekkja l-valur ta' |url= (għajnuna) (bl-Ingliż).
  3. ^ [www.aipti.org "IAPTI - International Association of Professional Translators and Interpreters"] Iċċekkja l-valur ta' |url= (għajnuna) (bl-Ingliż).
  4. ^ "Meeting with Mona Baker" (bl-Ispanjol). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-24. Miġbur 2022-05-21.
  5. ^ "Publications, Mona Baker" (bl-Ingliż).
  6. ^ a b Goldenberg, Suzanne; Woodward, Will. "Israeli boycott divides academics". The Guardian (bl-Ingliż).
  7. ^ "Baker London Conference" (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2005-01-15. Miġbur 2022-05-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ Toury, Gideon. "Mona Baker's double standard" (bl-Ingliż).