Il-mirtilla hi frotta li jagħmlu varji speċi tal-ġeneru Vaccinium (familja tal-Ericaceae). Dawn huma bakek żgħar blu-vjola b’togħma ħelwa u ftit izzukrata.

Mirtilla
Vaccinium corymbosum
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Plantae
(mhux klassifikata): Angiospermae
Sottodiviżjoni: Ara t-test .
(mhux klassifikata): Eudicotyledones
(mhux klassifikata): Asteridae
Ordni: Ericales
Familja: Ericaceae
Sezzjoni: Cyanococcus

L-isem kien oriġinarjament jirreferi għall-Vaccinium myrtillus, il-mirtilla komuni, u għadu l-iżjed jirreferi għal dawn, iżda t-terminu jista' jirreferi wkoll għall-Vaccinium uliginosum u d-diversi speċi Amerikani li xi wħud minnhom huma kkultivati (Vaccinium caespitosum, Vaccinium corymbosum, Vaccinium angustifolium, Vaccinium deliciosum, Vaccinium membranaceum, Vaccinium ovalifolium, Vaccinium myrtilloides, eċċ.).

Fis-sens botaniku, il-mirtill jappartienu għall-ġeneru Vaccinium u għalhekk it-terminu jintuża għall-ispeċi kollha tal-ġeneru.

Fis-sens kulinari, issir distinzjoni bejn il-mirtilla (blu u pjuttost ħelwa) u il-mirtilla ħamra (Vaccinium vitis-idaea, ħamra u pjuttost qarsa).

Użi fit-tisjir

immodifika
 
Muffin tal-mirtill
 
Torta tal-mirtill selvaġġ (Savojja)

Il-bakek jistgħu jittieklu friski jew jintużaw fit-torti jew ħelu ieħor. It-torta tal-mirtill huwa deżerta tradizzjonali tal-istaġun fir-reġjuni muntanjużi tal-Ewropa. Il-muffins tal-mirtill huma pasti Amerikani klassiċi.

Il-mirtill jista' jintuża wkoll biex jintgħamlu xi ġammijiet, ġuleppi, sorbetti, tejiet, eaux-de-vie, likuri jew imbejjed.

Propjetajiet nutrizzjonali u mediċinali

immodifika

Kompożizzjoni

immodifika

Din hija waħda mill-bakek li għandha l-inqas zokkor u kaloriji; billi hi rikka fil-fibra u fl-antiossidanti tajba biex taqta' l-ġuħ [1], u fl-istess ħin hi dijuretiku qawwi.

Hi rikka fil-vitamini li jinħallu fl-ilma, fl-aċtu ċitriku u fl-aċtu maliku, fl-alkalojdi indoliċi, fl-antoċjani u fit-tannini; għandha propjetajiet antisettiċi, antidiarreatiċi, u antiemorraġiċi u kontra l-għama ta' bilejl.

Din hija waħda mill-frott l-iżjed rikki fl-antiossidanti, ikun kif ikun imkejjel. Minn tmienja u tletin tip ta’ frott u ħxejjex ttestjati, il-miritill ġie:

  • It-tieni għall-indiċi ORAC (Kapaċità għall-assorbenza tal-ossiġnu radikali)[2][3].It-tin imqadded ġie l-ewwel.
  • It-tieni għall-Ferric reducing ability of plasma (FRAP) u fit-Trolox equivalent antioxidative capacity (TEAC). Il-lampun ġie l-ewwel.
  • It-tieni għat-Tartrate resistant acid phosphatase. Il-kassis ġie l-ewwel.

Ara t-tabella ta' hawn taħt li tagħti l-kompożizzjoni tal-blueberries Amerikani.

Kompożizzjoni tal-mirtilla kbira Amerikana (koltivata, blueberry)

immodifika

Mirtilla
(kompożizzjomi għal kull 100 g ta' bakek nejjin)

Ilma : 84 g Irmied totali : 0,2 g Valur enerġetiku : 57 kcal Fibra : 2,4 à 7 g
Gluċidi : 15 g Zokkor sempliċi : 10 g Proteini : 0,7 g Lipidi : 0,3 g
Nutrijenti minerali
Potassju : 77 mg Fosfru : 12 mg Kalċju : 6 mg Manjeżju : 6 mg
Sodju : 1 mg Ħadid : 280 µg Żingu : 160 µg Ramm : 57 µg
Vitamini
Vitamina C : 9700 µg Vitamina B3 : 420 µg Vitamina B5 : 120 µg Vitamina B6 : 52 µg
Vitamina B2 : 41 µg Vitamina B1 : 37 µg Vitamina K : 19,3 µg Vitamina A : 16 µg
Vitamina E : 0,57 µg
Aċti xaħmin
Poli-insaturati : 150 µg Mono-insaturati : 47 µg Saturati : 28 µg

L-effett fuq il-vista

immodifika

Il-prova xjentifika tal-effett tal-mirtill fuq il-mard tal-għajnejn bdiet fis-snien 1980. L-effetti protettivi u ta' benefiċċju fuq il-katarretti ġejjin mill-qawwa antiossidanti li għandu l-mirtill.

L-effett fuq il-memorja

immodifika

Waħda mill-proprjetajiet notevoli li għandu l-meraq tal-mirtill hi l-kapaċità tiegħu li jġeded il-memorja tal-firien xjuħ. Dan urih J.A. Joseph f’Boston u ġie kkonfermat minn timijiet oħra. Mhuwiex ċar jekk dan l-effet tajjeb fuq il-memorja hux riproduċibbli fil-bniedem [4]. Xi riċerkaturi qegħdin jistudjaw xi soluzzjonijiet terapewtiċi f'oqsma oħra (il-prevenzjoni tal-kanċer u l-mard deġenerattiv).

 
Żewġ speċi ta' mirtilla selvaġġa li jinstabu fl-Ewropa: Vaccinium myrtillus(fuq) u Vaccinium uliginosum(isfel)
 
Vaccinium corymbosum, mirtilla koltivata ta' oriġni Amerikana li tikber f’arbuxxelli u u għandha frott kbir
 
Il-mitrill selvaġġ jista’ jiġu maħsud b'biċċa għodda speċjali msejħa "moxt" (Hawn Vaccinium myrtillus fil-Massif Central, Franza)
  • Ekinokoċċosi, il-periklu tal-mirtill selvaġġ: meta tiekol frott nej selvaġġ imniġġeż mill-ħmieġ tal-volpi, tkun fil-periklu li taqbdek l-ekinokoċċosi alveolari[5], tip ta' [[duda]. Din il-parasitożi gravi ħafna tiġi mill-Echinococcus multilocularis, dudu żgħir li l-adult tiegħu isir parassita fil-musrana ż-żgħira tal-volpi u tista' jinfetta l-bnedmin. Din il-marda rari ħafna (15 każ fis-sena fi Franza) tiġi minħabba l-iżvilupp bil-mod ħafna tal-parassita fil-fwied. Qabel in-nies kienu jmutu biha, imma l-kura bl-albendażol twaqqaf l-iżvillup tagħha. It-tisjir joqtol il-parassita (torti, ġamm), iżda l-ebda trattament ieħor, bħall-ħasil jew iffriżar, huwa ċert.

Il-mirtilla hi l-unika xitla li għandha bżonn ħamrija għanja fl-aluminju [6].

Għedewwa

immodifika

Dawn il-baħrijiet (heterocera) jieklu l-mirtilla:

- Peribatodes rhomboidaria
- Eulithis populata
- Crocallis elinguaria
- Semiothisa clathrata
- Rheumaptera undulata
- Jodis putata (Geometridae).

Referenzi

immodifika
  1. ^ AL Molan, MA Lila, J. Mawson, "Satiety in rats following mirtilla extract consumption induced by appetite-suppressing mechanisms unrelated to in vitro or in vivo antioxidant capacity", Food Chemistry, February 2008
  2. ^ [1]
  3. ^ [2]
  4. ^ Myrtilles rajeunissent la mémoire: c'est une blague?
  5. ^ Myrtilles et renards
  6. ^ La question du chaulage