Merlin (serje televiżiva)
serje televiżiva
(Rindirizzat minn Merlin (Serje tat-Televiżjoni))
Merlin hi serje tat-televiżjoni Ingliża li bdiet fl-2008. Din is-serje hi bbażata fuq il-leġġendi tas-saħħar Merlin u r-Re Artur, iżda xorta waħda hemm differenza kbira bejn it-tnejn. Is-serje hi prodotta mill-kumpanija Shine Limited għall-istazzjon televiżiv BBC One. It tieni serje bdiet fid-19 ta' Settembru 2009, u l-produzzjoni tat-tielet serje ġiet ikkononfermata mill-BBC.
Karattri
immodifikaAtturi prinċipali
immodifika- Colin Morgan bħala Merlin: Il-protagonist tal-istorja hu żagħżugħ b'talent kbir fil-maġija, li jkollu jaħbi t-talenti tiegħu bit-tama li xi darba jkun jista' jesponihom fil-beraħ u mingħajr periklu. Id-destin tiegħu hu marbut direttament ma' dak tal-Prinċep u r-Re futur Artur.
- Angel Coulby bħala Ġinevra: Tfajla sempliċi u umli, il-qaddejja ta' Marogana b'karattru dħuli u ħelu.
- Bradley James bħala Artur: Żagħżugħ arroganti, iżda b'qalb tad-deheb. Artur isir ħabib ma' Merlin, li għandu d-dmir jipproteġieh sabiex meta jasal il-waqt, iwettaq id-destin tiegħu.
- Katie McGrath bħala Morgana: Adottata mir-Re Uther, Morgana kapaċi tara l-futur permezz tal-ħolm profetiku tagħha. Hi ukoll ħabiba kbira ta' Ġinevra.
- Anthony Head bħala Uther Pendragon: Ir-Re preżenti ta' Camelot, u missier Artur. Għalkemm meqjus bħala bniedem krudili u kattiv, fil-verita' jagħti kas ħafna tan-nies ta' madwaru. Jistmerr kull forma ta' maġija tant li beda gwerra ħarxa kontra kull min ikun suspettat li qed jipprattikaha.
- Richard Wilson bħala Gaius: It-tabib uffiċjali tar-Re, iz-ziju ta' Merlin, u wieħed mill-ftit li jafu s-sigriet tiegħu. Gaius kien jipprattika l-maġija ukoll, u xi traċċi ta' dan għadhom jidhru fil-medikazzjonijiet tiegħu. Iqis lil Merlin bħala l-Iben li qatt ma kellu.
- John Hurt bħala l-vuċi tad-Dragun Kilgharrah: Merlin imur bosta drabi għand id-Dragun għal suġġerimenti u għajnuna f'xi problema. FL-aħħar tat-tieni staġun, Merlin jeħles lil Kilgharrah, li jpattiha lin-nies kollha ta' Camelot billi jattakka l-belt. Finalment, Merlin jernexxielu jkeċċieh darba għal dejjem minn Camelot.
Atturi mistiedna
immodifikaL-ewwel serje
immodifika- Eve Myles bħala Lady Helen/Mary Collins ("The Dragon's Call")
- Will Mellor bħala Valiant ("Valiant")
- Julian Rhind-Tutt bħala Edwin Muirden ("A Remedy to Cure All Ills")
- Kyle Redmond-Jones bħala Kanan ("The Moment of Truth")
- Joe Dempsie bħala William ("The Moment of Truth")
- Holliday Grainger bħala Sophia ("The Gates of Avalon")
- Kenneth Cranham bħala Aulfric ("The Gates of Avalon")
It-tieni serje
immodifika- Mackanzie Crook bħala Cedric ("The Curse of Cornelius Sigan")
- Adrian Lester bħala Myror ("The Once and Future Queen")
- James Cosmo bħala Hengist ("Lancelot and Guinevere")
- Sarah Parish bħala Lady Catrina ("Beauty and the Beast": l-1 u t-2 parti)
- Charles Dance bħala Aredian ("The Witchfinder")
- Laura Donnelly bħala Freya ("The Lady of the Lake")
- David Schonfield bħala r-Re Alined ("Sweet Dreams")
- Georgia Moffett bħala Lady Vivian ("Sweet Dreams")
- Joseph Mawle bħala Alvar ("The Witch's Quickening")
- John Lynch bħala Balinor ("The Last Dragonlord")
It-tielet serje
immodifika- Miriam Margolyes
- Warwick Davis
Udjenzi
immodifikaL-ewwel serje
immodifika# | Episodju | Renju Unit | Stati Uniti | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Udjenza[1] (Miljun) |
Pożizzjoni[1] (Ġimgħa)a |
Klassifika | Sehem | 18-49 | Udjenza (miljun)b |
Pożizzjoni (Ħin Partikolari) |
Pożizzjoni (Ġimgħa) | ||
1 | "The Dragon's Call" | 7.15 | #6 | 3.2 | 6 | 1.3/5 | 5.46 | #3 | #14[2] |
2 | "Valiant" | 5.40 | #11 | 3.2 | 6 | 1.4/4 | 5.24 | #2 | #14 |
3 | "The Mark of Nimueh" | 6.30 | #8 | 2.8 | 5 | 1.0/3 | 4.29 | #2 | #28 |
4 | "The Poisoned Chalice" | 6.48 | #9 | 2.6 | 4 | 1.1/3 | 4.25 | #3 | #28 |
5 | "Lancelot" | 5.37 | #14 | 2.7 | 5 | 1.1/4 | 4.29 | #2 | #19 |
6 | "A Remedy to Cure All Ills" | 6.00 | #11 | 2.3 | 4 | 0.9/3 | 3.65 | #4 | #30 |
7 | "The Gates of Avalon" | 6.45 | #8 | 2.6 | 5 | 1.1/4 | 4.27 | #4 | #25 |
8 | "The Beginning of the End" | 6.25 | #11 | 2.7 | 5 | 1.1/4 | 4.21 | #4 | #21 |
9 | "Excalibur" | 6.47 | #9 | 2.7 | 5 | 1.1/3 | 4.46 | #3 | #20 |
10 | "The Moment of Truth" | 7.03 | #8 | 1.9 | 4 | 0.8/3 | 3.06 | #3 | #31 |
11 | "The Labyrinth of Gedref" | 6.71 | #7 | 2.4 | 4 | 1.0/3 | 3.95 | #5 | #31 |
12 | "To Kill the King" | 6.31 | #8 | 1.9 | 4 | 1.0/3 | 3.22 | #3 | #32 |
13 | "Le Morte d'Arthur" | 6.27 | #8 | 2.3 | 4 | 1.1/3 | 3.92 | #5 | #32 |
CiN | "Merlin in Need 2008" | 9.83 | #4 |
a Il-pożizzjoni tgħodd biss għal BBC One u mhux għall-istazzjonijiet kollha.
b Merlin hu mxandar fuq l-NBC, wieħed mill-erba' stazzjonijiet kbar tal-iStati Uniti.
Referenzi
immodifika- ^ a b "Weekly Viewing Summary (see relevant week)" (bl-Ingliż). BARB. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-12. Miġbur 2010-07-02.
- ^ "TV Ratings 6-15 to 6-21 and This Week In TV" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-07-16. Miġbur 2010-07-02.