Mazkan (nom tal-massa) hu fdal ta' l-inġir, jiġifieri biċċiet ta' ġebel, frak u xaħx, li jintuża biex jagħti s-saħħa f'diversi kostruzzjonijiet tal-ġebel. L-għan ewlieni għall-użu tal-mazkan hu li dan jifrex jew jilqa' l-forzi fil-bini kif meħtieġ. Il-mazkan jintuża f'ċerti ħitan tad-dobblu, f'ħitan li jserrħu fuq xulxin jew bejn ħitan u xorok tas-saqaf. Il-mazkan ilu jintuża fil-bini minn żmien antik ħafna. Insibuh użat fil-ħitan tat-tempji taż-żmien in-Neolitiku, fil-bini tal-giren (biex jintela il-vojt bejn il-kileb u il-ħitan ta' barra) kif wkoll f'forom ta' ħnejjiet primittivi. F'bini antik, ħafna drabi, il-ġebel li jintuża f'ħajt li jimtela bil-mazkan ikun xulliel, jiġifieri ikun maħdum minn naħa waħda biss.

Ħsieb strutturali

immodifika

Il-varjetà fid-daqs tat-trab u ġebel hu importanti biex jintela' l-vojt kompletament u b'hekk iservi ta' mħadda soda li tifrex il-piż ndaqs ma kullimkien (shock absorbtion)