Mark Zuckerberg
Mark Elliott Zuckerberg (twieled fl-14 ta' Mejju 1984) huwa informatiku u imprenditur Amerikan, magħruf bħala l-fundatar tal-midja soċjali Facebook. Sa Marzu 2018, kien stmat li għandu valur nett ta' 62.2 biljun dollaru Amerikan.[1]
Zuckerberg nieda Facebook minn kamartu fl-Università ta' Harvard nhar l-4 ta' Frar 2004, flimkien ma' sħabu Eduardo Saverin, Andrew McCollum, Dustin Moskovitz u Chris Hughes.[2] Il-grupp aktar tard introduċa din il-pjattaforma lil universitajiet oħra. Il-popolarità ta' Facebook kompliet tiżdied, fejn fl-2012 laħqet il-biljun utent. Matul dan iż-żmien, Zuckerberg kien involut f'għadd ta' tilwim legali ma' ħbiebu u l-kofundaturi, li stqarrew li kellhom nieqes sehem fil-kumpanija minħabba l-involviment tagħhom fil-fażi tal-iżvilupp.[3]
Mill-2010, ir-rivista Time niżżlet lil Zuckerberg fost il-100 persuna l-iktar sinjura u influwenti fid-dinja bħala parti mill-unur tagħha tal-Persuna tas-Sena.[4][5]
Ħajja privata
immodifikaZuckerberg iżżewweġ lil Priscilla Chan fid-19 ta' Mejju 2012.[6] Huma għandhom żewġt itfal: Maxima Chan Zuckerberg ("Max"), li twieldet fl-1 ta' Diċembru 2015,[7] u August li twieldet f'Awwissu 2017.[8]
Referenzi
immodifika- ^ "Mark Zuckerberg" (bl-Ingliż). Forbes. Miġbur 2018-03-05.
- ^ Carlson, Nicholas (2010-03-05). "At Last – The Full Story Of How Facebook Was Founded" (bl-Ingliż). Business Insider.
- ^ "They sued Mark Zuckerberg for $65m. But it was not enough" (bl-Ingliż). The Independent. 2010-12-10. Miġbur 2017-10-10.
- ^ Grossman, Lev (2010-12-15). "Person of the Year 2010: Mark Zuckerberg" (bl-Ingliż). Time. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-17.
- ^ "The All-Time TIME 100 of All Time" (bl-Ingliż). Time. 2012-04-18. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-19. Miġbur 2012-04-20.
- ^ "Facebook's Mark Zuckerberg marries Priscilla Chan" (bl-Ingliż). CBS News. 2012-05-22.
- ^ Frankel, Todd C.; Fung, Brian; Layton, Lyndsey (2015-12-01). "The Switch Mark Zuckerberg and Priscilla Chan to give away 99 percent of their Facebook stock, worth $45 billion" (bl-Ingliż). The Washington Post.
- ^ "Mark Zuckerberg and his wife just unveiled their new baby girl to the world" (bl-Ingliż). Fox News. 2017-08-28. Miġbur 2017-08-28.
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Mark Zuckerberg |