Maria Fitzgerald

Professur tan-newroxjenza

Maria Fitzgerald FRS (twieldet fl-10 ta' April 1953) FRS hija professur fid-Dipartiment tan-Newroxjenza f'University College London (UCL).[1]

Maria Fitzgerald
Ħajja
Twelid 10 April 1953 (70 sena)
Edukazzjoni
Alma mater Lady Margaret Hall (en) Translate
University College London (en) Translate
Godolphin and Latymer School (en) Translate
Direttur tat-teżi Patrick D. Wall (scientist) (en) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni riċerkatur
neuroscientist (en) Translate
Impjegaturi University College London (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Soċjetà Rjali

Edukazzjoni immodifika

Fitzgerald kienet edukata fil-Godolphin and Latymer School u Lady Margaret Hall, Oxford fejn studjat il-Fiżjoloġija u ngħatat il-Baċellerat tal-Arti fl-1975 mill-Università ta' Oxford. Tħarrġet fil-fiżjoloġija tal-uġigħ u newroxjenza taħt Patrick David Wall f'University College ta' Londra fejn ingħatat Dottorat (PhD) fl-1978.[2]

Riċerka u karriera immodifika

Fitzgerald tistudja l-fiżjoloġija u n-newrobijoloġija taċ-ċirkwiti noċiċetturi fil-moħħ u fl-ispina matul l-iżvilupp. Ix-xogħol tagħha kellu iinfluwenza qawwija fuq kif nifhmu l-bidu tal-perċezzjoni tal-uġigħ fil-ħajja bikrija u kif l-esperjenza tal-uġigħ fil-bidu tal-ħajja tista' tinfluwenza s-sensittività għall-uġigħ matul il-ħajja. Ir-riċerka ta' Fitzgerald bidlet il-perċezzjoni klinika billi wriet li l-uġigħ fil-bidu jeħtieġ mod ta' kejl u trattament addatati li għandhom ikunu imfasslin apposta għall-istadju tal-iżvilupp tat-tfal. [2]

Premjijiet u unuri immodifika

Bħala rikonoxximent għall-ħidma tagħha, Fitzgerald ingħatat il-Premju Jeffrey Lawson għall-Avukatura tas-Soljev mill-Uġigħ fil-Każ tat-Tfal mill-American Pain Society, fl-2011, l-ewwel darba li dal-premju ingħata għar-riċerka fix-xjenza bażika. Fl-2013 ġiet eletta fil-Fakultà tal-Mediċina tal-Uġigħ tar-Royal College of Anaesthetists,, għal kontribuzzjonijiet sostenuti u sinjifikanti għall-mediċina tal-uġigħ. Ġiet eletta Fellow tal- Academy of Medical Sciences (FMedSci) fl-2000 u Fellow tar-Royal Society (FRS) fl-2016.[2]

Referenzi immodifika

  1. ^ https://www.ukwhoswho.com/page/subscribe#public
  2. ^ a b ċ "Maria Fitzgerald" (bl-Ingliż). Royal Society.