Margarita Xhepa
Margarita Xhepa (2 t'April 1932[1]) hija attriċi Albaniża, magħrufa bħala waħda mill-iktar nisa importanti fil-qasam taċ-ċinema u teatru Albaniż. Tieħu parti f'films riċenti bħal per eżempju Firdus in Bolero ne vilen e pleqve, li huwa maħdum fuq rumanz tal-istess titlu ta' Fatos Kongoli.[2]
Margarita Xhepa | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Lushnjë (en) , 2 April 1932 (92 sena) |
Nazzjonalità | Albanija |
L-ewwel lingwa | Albaniż |
Edukazzjoni | |
Lingwi | Albaniż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
attur attur tal-palk attur ċinematografiku |
Bidu tal-karriera
immodifikaXhepa hija ta' oriġini Arumen.[3][4] Twieldet f'Lushnjë, l-Albanija, bħala Margarita Prifti minn Zoi u Marijë Prifti. Ommha mietet meta Margarita kellha disa' snin. Minn ċkunitha żvillupat imħabba lejn il-poeżija Albaniża, u għalliema tagħha ħeġġitha biex tibda klassijiet tar-reċtar. Gëzim Libohova, dak iż-żmien għalliem magħruf tar-reċtar fl-istitut kulturali ta' Lushnjë, kien qed idur l-iskejjel biex isib lil xi ħadd kapaċi jirreċta fl-irwol ta' tifla Russa għal dramm fit-teatru. Malli ra lil Xhepa, għażel lilha peress li kellha xagħarha bjond u għajnejha ċelesti. Id-dramm tant kien suċċess li ntwera ukoll f'Fier u Berat.
Wara li lestiet mill-iskola primarja, applikat għall-iskola magħrufa Liceu Artistik (Skola tal-Arti) f'Tirana, fid-dipartimenti tad-drama.[5]
Karriera
immodifikaBdiet il-karriera tagħha f'Tirana fit-Teatru Nazzjonali (Teatri Kombëtar). Hemmhekk, ħadet sehem f'drammi miktubin minn Anton Chekov, Friedrich Schiller, u Nikolai Gogol, fost oħrajn. Ippreżentat l-ewwel Festivali i Këngës fl-1962.
Hija msemmija ukoll bħala Artist tal-Poplu Albaniż.
Suċċess Internazzjonali
immodifikaL-attriċi kisbet il-premju Attur tal-Ewropa fid-19-il edizzjoni tal-Festival Internazzjonali tat-Teatru. Il-premju ewlieni tal-aħjar reċtar ingħata lil waħda mill-iktar attriċi importanti fit-teatru Balkani, għar-rwol ta' 'Nanna' fid-dramm Who Brought Doruntina, taħt id-direzzjoni ta' Laert Vasili.[6]
Filmografija
immodifika- Kronikë provinciale – (2009)
- Ne dhe Lenini – (2008)
- I dashur armik – (2004)
- Mirupafshim – (1997)
- E diela e fundit – (1993)
- Një djalë edhe një vajzë – (1990)
- Vitet e pritjes – (1990)
- Kush e solli Doruntinën (1989)
- Pranvera s'erdhi vetëm – (1988)
- Misioni përtej detit – (1988)
- Rrethi i kujtesës – (1987)
- Fillim i vështirë – (1986)
- Gabimi – (1986)
- Gurët e shtëpisë sime – (1985)
- Militanti – (1984)
- Apasionata – (1983)
- Dora e ngrohtë – (1983)
- Shokët – (1982)
- Dita e parë e emrimit – (1981)
- Me hapin e shokëve – (1979) (TV)
- Dollia e dasmës sime – (1978)
- Gjeneral gramafoni – (1978)
- Koncert në vitin 1936 (1978)
- Dimri i fundit – (1976)
- Pylli i lirisë – (1976)
- Tokë e përgjakur – (1976)
- Vitet e para – (1965)
Referenzi
immodifika- ^ Elsie, Robert (2010). Historical Dictionary of Albania (bl-Ingliż). Scarecrow Press. ISBN 978-0-8108-7380-3.
- ^ "Filmi "Bolero në vilën e pleqve" rikthen në kinema Margarita Xhepën e Robert Ndrenikën, aktorja: Isha e sëmurë, por…!". ObserverKult (bl-Albaniż). 2022-01-06. Miġbur 2022-03-03.
- ^ "Minoriteti Vllah". Minoritetet Në Shqipëri (bl-Albaniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2017-06-20.
- ^ Bizhyti, Jovan (2015-10-04). "Vllehtë në hapësirat myzeqare". Gazeta DITA (bl-Albaniż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-04-20. Miġbur 2022-05-26.
- ^ "Diva Margarita Xhepa" (bl-Albaniż). 2018-06-24.
- ^ "Kush triumfoi në "Festivalin Ndërkombëtar të Teatrit"?" (bl-Albaniż). 2021-07-13.