Maj Sjöwall (pronunzja bl-Iżvediż: [maj ˈɧø̂ːval]; 25 ta’ Settembru 1935 – 29 ta’ April 2020) kienet awtriċi u traduttriċi Żvediża. Hija l-aktar magħrufa għall-kotba tagħha dwar l-investigatur tal-pulizija Martin Beck. Ix-xogħol fuq dawn il-kotba sar b’kollaborazzjoni mas-sieħeb tagħha Per Wahlöö.

Bijografija

immodifika

Maj Sjöwall kienet it-tifla ta’ Margit Trobäck u l-Kap Eżekuttiv (CEO) Will Sjöwall. [1]

Wara li  spiċċat mill-iskola, Sjöwall ġiet impjegata mill-pubblikaturi Åhlén & Åkerlunds bejn l-1954 u l-1959, mill-pubblikaturi Wahlström & Widstrands bejn l-1959 u l-1961 u mbagħad mill-pubblikaturi Esselte bejn l-1961 u l-1963. [2]

Sjöwall kienet l-aktar magħrufa għax-xogħol kollaborattiv li għamlet mas-sieħeb tagħha Per Wahlöö , serje ta’ għaxar rumanzi dwar il-kisbiet ta’ Martin Beck, investigatur tal-pulizija f'Stokkolma. [3] Huma kitbu wkoll diversi rumanzi separatament. [4] Fl-1971, ir-raba’ ktieb mis-serje tal-kotba ta’ Beck, The Laughing Policeman (Traduzzjoni ta’ Den skrattande polisen, oriġinarjament ippubblikat fl-1968) rebaħ Edgar Award mingħand il-Mystery Writers of America għall-Aħjar Rumanz; il-ktieb ġie wkoll addattat għall-film The Laughing Policeman bil-protagonista Walter Matthau.[3] Fl-2013, Sjöwall irċeviet il-ħames Lenin Award. [5]

Wara l-mewt ta’ Wahlöö, kompliet taħdem bħala awtriċi u traduttriċi, u kitbet anke siltiet għar-rivisti. [6] Fl-1989, hi ppubblikat il-ktieb Dansk Intermezzo mal-awtur Daniż Bjarne Nielsen. [7] Fl-1990, flimkien mal-awtur Tomas Ross ppubblikat it-thriller Kvinnan som liknade Greta Garbo.[8]

Ħajja personali

immodifika

Fl-1955, Sjöwall iżżewġet lill-ewwel raġel tagħha, editur tar-rivisti Gunnar Isaksson, u ddivorzjaw l-1958.[1] Fl-1959 reġgħet iżżewġet lill-fotografu Hans J. Flodquist; huma ddivorzjaw fl-1962. [1]

Sjöwall kellha relazzjoni ma’ Wahlöö għal 13-il sena, sa mewtu fl-1975. [9]

Sjöwall mietet fid-29 ta’ April 2020, fl-età ta’ 84 wara li kienet ilha marida.[10]

Biblijografija

immodifika

Rumanzi fuq il-personaġġ ta’ Martin Beck li kitbet ma’ Per Wahlöö

immodifika
  • Roseanna (1965) [11]
  • Mannen som gick upp i rök (1966) [11]
  • Mannen på balkongen (1967) [11]
  • Den skrattande polisen (1968) [11]
  • Brandbilen som försvann (1969) [11]
  • Polis, polis, potatismos (1970) [11]
  • Den vedervärdige mannen från Säffle (1971) [11]
  • Det slutna rummet (1972) [11]
  • Polismördaren (1974) [11]
  • Terroristerna (1975) [11]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ "Författaren Maj Sjöwall död". Dagens Nyheter. 29 April 2020. Miġbur 30 April 2020.
  2. ^ "928 (Vem är det : Svensk biografisk handbok / 1977)". runeberg.org. Miġbur 30 April 2020.
  3. ^ a b "Författaren Maj Sjöwall död". Svenska Dagbladet. 29 April 2020. Miġbur 30 April 2020.
  4. ^ "Sweden's crime writers too interested in love, says Maj Sjöwall". The Guardian. 14 August 2013. Miġbur 29 April 2020.
  5. ^ "Maj Sjöwall | Leninpriset" (bl-Ingliż). leninpriset.se. Miġbur 3 March 2020.
  6. ^ Eklund, Stefan (18 June 2010). "Deckardam". Svenska Dagbladet. Miġbur 30 April 2020.
  7. ^ SL, TAI GABE DIGITALA (29 April 2020). "Muere la escritora Maj Sjöwall, pionera de la novela negra nórdica". naiz. Miġbur 30 April 2020.
  8. ^ "Kvinnan som liknade Greta Garbo av Maj Sjöwall". LitteraturMagazinet. Arkivjat minn l-oriġinal fl-21 November 2021. Miġbur 30 April 2020.
  9. ^ The queen of crime The Observer 22 November 2009
  10. ^ "Maj Sjöwall: 'Nordic noir' pioneer, author of the Martin Beck series, dies aged 84". The Guardian. 29 April 2020. Miġbur 30 April 2020.
  11. ^ a b ċ d e f ġ g h "Beck-författaren Maj Sjöwall har gått bort". SVT Nyheter (bl-Iżvediż). 29 April 2020. Miġbur 29 April 2020.