Lingwi Gwarani
Dan l-artiklu dwar il-lingwistika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-lingwi Gwarani jew Guarani huma grupp ta' nofs tużżana jew aktar lingwi fil-familja tal-lingwi Tupi–Guarani. L-iktar lingwa magħrufa f'din il-familja hija l-Gurani, li hija waħda mil-lingwi nazzjonali tal-Paragwaj, flimkien mal-Ispanjol.
Il-lingwi Guarani huma:
- Djaletti Gwarani Guarani Bolivjan tal-Puntent (Simba), Guarani Bolivjan tal-Lvant (djaletti Chawuncu; Ava, Tapieté), Guaraní Paragwajan (Guarani), Chiripá Guaraní (Nhandéva, Avá), Mbyá Guaraní (Mbya)[1]
- Kaiwá (Djalett Paí Tavyterá)
- Aché (Guayaki) (diversi djaletti)
- Xetá (?)
Il-varjetajiet tal-Guarani proprju u Kaiwá għandhom intelliġibilità reċiproka limitata. Aché u Guarani ma jintfehmux ma' xulxin.[2] Il-pożizzjoni ta’ Xetá mhix ċara.
Referenzi u noti
immodifika- ^ Dawn il-varjetajiet huwa identifikati bħala parti mill-lingwa assenjata l-kodiċi 'Guarani' [grn] mill-Library of Congress
- ^ Hill, Kim Ronald; Magdalena Hurtado, A. Aché Life History: The Ecology and Demography of a Foraging People. ISBN 9780202364063.