Limonium virgatum
Il-Limonium virgatum, magħrufa ukoll bħala l-limonju tal-baħar jew leħjet ix-xiħ twil, hija pjanta perenni u indigena li tikber fil-Ġżejjer Maltin u madwar iż-żona tal-Mediterran mill-familja Plumbaginaceae.[1] Din tinstab tikber f'irqajja' u f'ħofor mimlijin ħamrija matul il-blat kostali kif ukoll f'ħamrija mielħa matul ix-xtut tal-bwar salmastri.[2] Din il-pjanta tgħix f'ħamrija mielħa billi għandha pori fuq il-wiċċ taz-zkuk u l-weraq li jarmu l-melħ żejjed li jkun inxtorob mill-ilma tal-ħamrija mielħa li tkun tinstab tikber fiha din il-pjanta.[3][4]
Limonium virgatum | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Plantae |
Ordni | Caryophyllales |
Familja | Plumbaginaceae |
Tribù | Staticeae |
Ġeneru | Limonium |
speċi | Limonium virgatum Fourr., 1869
|
Il-Limonium virgatum tagħmel fjuri ta' lewn vjola ċar fit-tarf nett ta' kull zokk.[1] Iz-zkuk ikunu twal u irqaq ta' 15-il ċentimetru li joħorġu mill-pjanta prinċipali.[5] Twarrad bejn Ġunju u Novembru.[1] Għandha weraq tond u tawwali f'forma triangulari li jagħti għall-ponta, b'daqs ta' 30-85 millimetru u wisa' ta' 5-8 millimetri.[5] Il-fjuri jikbru sa tul ta' 5-9 millimetri u sa wisa' ta' 5 millimetri,[5] filwaqt li kull petala tkun twila 5-10 millimetri.[5]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Limonium virgatum (Violet Sea Lavender) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-08.
- ^ Sciandrello, Saverio; Cambria, Salvatore; Giusso del Galdo, Gianpietro; Guarino, Riccardo; Minissale, Pietro (2021-04-01). "Floristic and Vegetation Changes on a Small Mediterranean Island over the Last Century". Plants (bl-Ingliż). 10 (4): 680.
- ^ González-Orenga, Sara; Grigore, Marius-Nicusor; Boscaiu, Monica; Vicente, Oscar (2021-02-24). "Constitutive and Induced Salt Tolerance Mechanisms and Potential Uses of Limonium Mill. Species". Agronomy (bl-Ingliż). 11 (3): 413.
- ^ Colombo, P. (2002). Morpho-anatomical and taxonomical remarks on Limonium (Plumbaginaceae) in Sicily. Fl. Medit, 12, 389-412.
- ^ a b ċ d Castroviejo, S. E. (2005). Flore Iberica: Plantas vasculares de la Peninsula Iberica e Islas Baleares (Vol. III). Madrid: Departamento de Publicaciones del CSIC.