Liebru ta' Granada
Il-Liebru ta' Granada, jew kif inhu magħruf xjentifikament Lepus granatensis, huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha, nattiv tal-kontinent tal-Ewropa.
Liebru ta' Granada | |
---|---|
Liebru ta' Granada | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Lepus |
Speċi: | L. granatensis |
Isem binominali | |
Lepus granatensis (Rosenhauser, 1856) |
Dan il-liebru huwa speċi komuni mifruxa sew ma' arja vasta fil-peninżula Iberika u rari jekk mhux estinta fuq il-gżira ta' Majorka.
Din l-ispeċi kienet ikkunsidrata għal żmien twil bħala sottospeċi tal-Liebru Ewropew (Lepus europaeus) u anke bħala sottospeċi tal-Liebru ta' Kap (Lepus capensis). Il-Liebru ta' Granada huwa l-iżgħar speċi ta' liebru li hemm fil-peninżula Iberika, b'tul massimu ta' 45 ċentimetru, b'10 ċentimetri oħra f'denb u b'piż li jvarja bejn 2 u 2.5 kilogrammi.
Klassifikazzjoni
immodifikaDan il-liebru wara ħafna riklassifikazzjonijiet bħala sottospeċi ġie kklassifikat bħala speċi separata, waħda minn għaxar speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u maqsuma minn tal-inqas fi tliet sottospeċi.
- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Eulagos
- Liebru ta' Granada Lepus granatensis
- Sottospeċi
- Liebru Galliku, Lepus granatensis gallaecius (Miller, 1907)
- Liebru Kastellan, Lepus granatensis granatensis (Rosenhauser, 1856)
- Liebru Majorkin, Lepus granatensis solisi (Palacios & Fernández, 1992)
- Liebru ta' Granada Lepus granatensis
- Sottoġeneru Eulagos
- Ġeneru Lepus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
Sinonimi
immodifika"Lepus europaeus granatensis" u "Lepus capensis granatensis" huma sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Lepus granatensis ta' Rosenhauser, 1856.
Referenzi
immodifika- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Id-Databażi Palebijoloġika
- Tassonomija tal-Mammiferi