Lavaux
Lavaux (pronunzja bil-Franċiż: [lavo]) huwa reġjun fil-kanton ta' Vaud fl-Iżvizzera, fid-distrett ta' Lavaux-Oron. Lavaux jikkonsisti minn 830 ettaru ta' raba' mtarraġ bil-vinji estiż għal madwar 30 kilometru tul ix-xtut tat-Tramuntana tal-Lag ta' Ġinevra, li jħarsu lejn in-Nofsinhar.
Għalkemm hemm xi evidenza li l-vinji tkabbru fl-inħawi fi Żmien ir-Rumani, ir-it-traċċi li nstabu tar-raba' mtarraġ bil-vinji effettivament imorru lura sas-seklu 11, meta l-monasteri Benedittini u Ċisterċensi kellhom il-kontroll taż-żona. Lavaux igawdi minn klima miti, iżda l-aspett tal-orjentazzjoni lejn in-Nofsinhar tar-raba' mtarraġ, ir-riflessjoni tax-xemx fil-lag u l-ħitan tas-sejjieħ jagħtu karattru Mediterran lir-reġjun. Il-varjetà prinċipali ta' għeneb li titkabbar hawnhekk hija x-Chasselas.
Sit ta' Wirt Dinji
immodifikaMinn Lulju 2007, ir-Raba' Mtarraġ ta' Lavaux ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]
Skont il-liġi tal-kanton, il-vinji ta' Lavaux huma protetti mill-iżvilupp. Mill-2016, il-vinji ta' Lavaux ma għadhom jiġu ttrattati b'pestiċidi sintetiċi.[2]
Mixjiet
immodifikaHemm bosta mixjiet possibbli qalb il-vinji ta' Lavaux. L-iżjed mixja rrakkomandata mill-Uffiċċju tat-Turiżmu tal-Iżvizzera tissejjaħ "Terrasses de Lavaux", u tibda minn Saint-Saphorin u tispiċċa f'Lutry.[3]
Protezzjoni legali
immodifikaFl-1977, il-votanti tal-Kanton ta' Vaud aċċettaw (b'maġġoranza ta' 55 %) l-inizjattiva popolari tal-kanton "Insalvaw lil Lavaux". B'hekk, fl-1979, tressqet liġi li tipproteġi lil Lavaux (Loi sur le plan de protection de Lavaux).
Fl-2003, il-kostituzzjoni l-ġdid tal-Kanton ta' Vaud daħlet fis-seħħ iżda ma kienx fiha l-artikolu dwar il-protezzjoni ta' Lavaux. B'hekk ġiet varata t-tieni inizjattiva popolari "Insalvaw lil Lavaux" sabiex dan l-artikolu jerġa' jiddaħħal, u ġiet aċċettata fl-2005 b'maġġoranza ta' 81 % tal-votanti.
Fl-2009, Franz Weber vara t-tielet inizjattiva "Insalvaw lil Lavaux" sabiex jitnaqqsu l-possibbiltajiet li jinbnew binjiet ġodda f'Lavaux, iżda din ġiet irrifjutata fid-19 ta' Mejju 2014 minn 68 % tal-votanti. Il-kontroinizjattiva tal-gvern reġjonali, il-Kunsill tal-Istat ta' Vaud, ġiet aċċettata minn 68 % tal-votanti, u b'hekk issaħħet il-protezzjoni iżda b'mod inqas rigoruż milli propost fl-inizjattiva ta' Franz Weber.[4]
Mużika u bolol
immodifikaGallerija
immodifika-
Il-vinji qrib Lausanne.
-
Veduta tal-Lag ta' Ġinevra u tal-Alpi Żvizzeri minn Lavaux.
-
Veduta tal-Lag ta' Ġinevra minn Lavaux, fid-direzzjoni lejn Lausanne.
-
Ir-raba' mtarraġ tal-vinji ta' Lavaux.
-
Lavaux mill-ferrovija li tmur minn Lausanne sa Palézieux u Bern.
-
Veduta tal-Lag ta' Ġinevra mill-vinji.
Referenzi
immodifika- ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Lavaux, Vineyard Terraces". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-01-16.
- ^ "Virage vert dans les vignes de Lavaux" (bil-Franċiż). 2016-06-06. Miġbur 2023-01-16.
- ^ Tourismus, Schweiz. "Terrasses de Lavaux". Switzerland Tourism (bl-Ingliż). Miġbur 2023-01-16.
- ^ "L'initiative vaudoise "Sauver Lavaux" refusée au bénéfice du contre-projet". rts.ch (bil-Franċiż). 2014-05-18. Miġbur 2023-01-16.
- ^ "Prince dédie un morceau à Lavaux". 20 minutes (bil-Franċiż). 2010-07-15. Miġbur 2023-01-16.
- ^ Ons, Van (2011-09-02). "Swiss Post to issue 3 new Lavaux stamps". Expatica Switzerland (bl-Ingliż). Miġbur 2023-01-16.