Ksour Antiki ta' Ouadane, Chinguetti, Tichitt u Oualata

Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Mauritania

Il-ksour (swar) ta' Ouadane, Chinguetti, Tichitt u Oualata fil-Mauritania tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.

Il-Moskea ta' Chinguetti tal-aħħar tas-seklu 13.

Ouadane u Chinguetti jinsabu fir-Reġjun ta' Adrar, Tichitt tinsab fir-Reġjun ta' Tagant u Oualata tinsab fir-Reġjun ta' Hodh Ech Chargui. Dawn il-bliet ġew stabbiliti għall-ħabta tas-seklu 11 bħala punti ta' waqfien għall-karovani tal-kummerċ Trans-Saħarjan tul is-Saħara.

Dawn il-bliet fl-imgħoddi kienu ċentri prosperużi tal-kultura tas-Saħara u llum il-ġurnata għadhom jeżistu llum il-ġurnata iżda jiffaċċjaw bosta diffikultajiet, mhux biss minħabba t-trasformazzjoni radikali tar-rotot kummerċjali, iżda fuq kollox minħabba r-ramel dejjem javvanza tad-deżert.

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika
 
It-torri antik ta' Ouadane.

Il-Ksour Antiki ta' Ouadane, Chinguetti, Tichitt u Oualata ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli".[1]

Komponenti

immodifika
Kodiċi Isem Reġjun Koordinati
750-001 Ksour ta' Ouadane Reġjun ta' Adrar 20°55′44″N 11°37′25″W / 20.92889°N 11.62361°W / 20.92889; -11.62361
750-002 Ksour ta' Chinguetti Reġjun ta' Adrar 20°27′48″N 12°22′0″W / 20.46333°N 12.366667°W / 20.46333; -12.366667
750-003 Ksour ta' Tichitt Reġjun ta' Tagant 18°25′0″N 9°28′9″W / 18.416667°N 9.46917°W / 18.416667; -9.46917
750-004 Ksour ta' Oualata Reġjun ta' Hodh el Charqui 17°18′0″N 7°1′59.9″W / 17.3°N 7.033306°W / 17.3; -7.033306

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b Centre, UNESCO World Heritage. "Ancient Ksour of Ouadane, Chinguetti, Tichitt and Oualata". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-02.