Katharina Reiss
Katharina Reiss (17 ta’ April 1923 - 16 ta’ April 2018) kienet lingwista u studjuża tat-traduzzjoni Ġermaniża. Ix-xogħlijiet tagħha huma importanti fil-qasam tal-Istudji tat-Traduzzjoni u hija meqjusa bħala waħda mill-fundaturi tat-teorija ta’ Skopos flimkien ma’ Hans Vermeer.[1] [2]
Katharina Reiss | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Rheinhausen, 17 April 1923 |
Nazzjonalità | Ġermanja |
Mewt | Munich, 16 April 2018 |
Edukazzjoni | |
Lingwi |
Ġermaniż Spanjol |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
lingwista awtur traduttur għalliem fl-università |
Impjegaturi | Università ta' Vjenna |
Ħajja
immodifikaKatharina Reiss twieldet f’Rheinhausen, belt żgħira li tinsab fuq ix-xellug tax-xmara Renu. Fuq in-naħa l-oħra tax-xmara tinsab il-belt ta’ Duisburg, li minħabba raġunijiet amministrattivi, iktar tard, Rheinhausen saret tagħmel parti minnha. Fl-1940, hija għaddiet mill-eżamijiet finali tal-iskola (“Abitur” mill-Ġermaniż - traduzzjoni mhux daqstant speċifika tal-kelma “diploma” f’diversi sorsi Ingliżi), u bejn l-1941 u l-1944 kompliet l-istudji tagħha fl-Istitut tat-Traduzzjoni Simultanja ("Dolmetscher-Institut") fl-Università ta’ Heidelberg. Hawnhekk, hi kisbet l-ewwel grad universitarju bħala “traduttriċi professjonali”.[3] Hi għallmet fid-dipartiment tal-Ispanjol ta’ dan l-istitut bejn l-1944 u l-1970. Bejn l-1951 u l-1954, hi għaqqdet ix-xogħol tagħha ta’ tagħlim mal-istudju tal-Filoloġija, u fl-1954, irċeviet id-dottorot fuq xogħol li fih trattat l-awtur u l-ġurnalist Spanjol Leopoldo Alas (magħruf ukoll bħala “Clarin”).[3]
Bejn l-1965 u l-1970, kellha taħt idejha t-tmexxija tad-Dipartiment tal-Ispanjol ta’ dan l-istitut, qabel ma ttrasferiet għal Würzburg, fejn hemmhekk, fl-1971, ħadet l-irwol ta’ Direttur Akkademiku fis-Seminarju tal-Lingwi Rumanzi. Reiss irċeviet l-ogħla grad universitarju mill-Università ta’ Mainz għar-riċerka tagħha u għal xogħol ta’ żvilupp li jinvolvi dak li hu msejjaħ “Tipi ta’ testi operattivi” ("zum operativen Texttyp"). Sena wara, aċċettat kuntratt ta’ tagħlim fl-istudji tat-traduzzjoni fil-kampus universitarju ta’ Germersheim, viċin il-fruntiera ta’ Alsace. Reiss kienet ilha mill-1967 titkellem dwar l-ispeċjalizzazzjoni tagħha fl-istudji tat-traduzzjoni f’konferenzi akkademiċi u attivitajiet oħra f’diversi universitajiet fil-Ġermanja.[3] Iktar tard, kienet mistiedna biex timla l-irwol ta’ Professur fi Vjenna għas-semestru tax-xitwa tal-1994/95. Hawnhekk, hi ppreżentat serje ta’ lekċers ta’ taħriġ fit-traduzzjoni u fl-interpretar simultanju.
Xogħol
immodifikaBi kważi 90 pubblikazzjoni u lekċers f’iktar minn 20 pajjiż, tista’ tgħid li Katharina Reiss hija waħda mill-akkademiċi prinċipali fix-Xjenza tat-Traduzzjoni.[4] Hija magħrufa wkoll bħala l-ko-fundatriċi ta’ dik li tissejjaħ it-teorija ta’ Skopos, flimkien ma’ Hans Vermeer.[2][5]
Fit-teżi tagħha tal-habilitation[6], hija pproponiet li sabiex tiġi stabbilita struttura standardizzata tat-terminoloġija għax-Xjenza tat-Traduzzjoni, kull test għat-traduzzjoni għandu jiġi kklassifikat f’wieħed minn erba’ tipi ta’ testi (“It-Test Operattiv”). It-testi għandhom ikunu distinti skont il-funzjonijiet rispettivi tagħhom, li skontha huma “informatiċi”, “espressivi” jew “operattivi”, u li lkoll huma estensjoni tal-mudell Organoniku ta’ Karl Bühler. Hija tipproponi wkoll il-raba’ tip: l-“awdjo-medjarju”, li jiġbor fih testi li jikkomunikaw mhux biss bil-lingwa, imma b’metodi oħra ta’ komunikazzjoni bħal dawk akustiċi, grafiċi jew oħrajn tekniċi.[7]
Referenzi
immodifika- ^ ""About translation". Anukriti: Translating India". Department of Secondary & Higher Education, Ministry of Human Resource Development, Karnataka. Arkivjat minn l-oriġinal fl-13 November 2017. Miġbur 14 November 2017.
- ^ a b Nord, Christiane (2010). "Functionalist approaches". F' Gambier,Y; van Doorslaer, L (ed.). Handbook of Translation Studies. Amsterdam/Philadelphia: John Benjamins Publishing Company. pp. 120–129.
- ^ a b ċ Reiss, Katharina (2014). Translation criticism, the potentials and limitations : categories and criteria for translation quality assessment. Oxfordshire, England.
- ^ Liefländer-Koistinen. "Liefländer-Koistinen: Holz-Mänttäri, Justa & Christiane Nord, Hrsg. 1993. TRADUCERE NAVEM: Festschrift für Katharina Reiß zum 70. Geburtstag". target.6.2.11lie. Miġbur 2022-05-11.
- ^ Grbić, Nadja; Pöllabauer, Sonja (2008-01-01). "To count or not to count: Scientometrics as a methodological tool for investigating research on translation and interpreting". Translation and Interpreting Studies. The Journal of the American Translation and Interpreting Studies Association (bl-Ingliż). 3 (1–2): 87–146.
- ^ Katharina., Reiss, (1993). Texttyp und Übersetzungsmethode : der operative Text. J. Groos.Manutenzjoni CS1: punteġġjatura żejda (link)
- ^ Evemarie Draganovici, Technical University of Civil Engineering Bucharest (2010). "Zur Klassifikation der Texttypen in der Translatologie" (PDF). НАУЧНИ ТРУДОВЕ НА РУСЕНСКИЯ УНИВЕРСИТЕТ. Retrieved 14 November 2017.