Kassisa
Il-kassisa, Ribes nigrum hi speċi ta' Ribes indiġena fl-Ewropa ta' Fuq u fl-Asja, u hi perenni.
Kassisa | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Plantae |
(mhux klassifikata): | Angiospermae |
(mhux klassifikata): | Eudicotyledones |
(mhux klassifikata): | Eudicotyledones tan-nulekju |
Ordni: | Saxifragales |
Familja: | Grossulariaceae |
Ġeneru: | Ribes |
Speċi: | R. nigrum |
Isem binominali | |
Ribes nigrum | |
Sinonimi | |
R. nigrum forma chlorocarpum (Späth) Rehder
|
Il-kassis jikber f'arbuxxelli żgħar għoljin bejn 1-2 m. Il-weraq tagħhom huma alternati, sempliċi, bejn 3-5 ċm twal u wisgħin, u palmati maqsumin f'ħames tebqiet bit-truf bis-snien. Il-fjuri huma bejn 4-6 mm fid-dijametru, b'ħames petali b'lewn minn aħdar ħamrani sal-kannella; dawn dawn joħorġu f'raċemi bejn 5-10 ċm twal.
Il-pjanta tagħti fwieħa qawwija mill-weraq u z-zkuk. Tagħmel bakek li jittieklu, 1 ċm fid-dijametru, ta' kulur vjola skur ħafna, kważi iswed, bil-ġilda tleqq u caliċi li ma jaqax fuq nett. Il-ftit żerriegħa fil-bakek huma rikki fin-nutrijenti. Arbuxxell stabbilit jista' jipproduċi sa 5 kilogrammi ta' bakek matul is-sajf.
Ix-xtieli mill-Ażja kultant jiddistingwuhom bħala varjetà separata, Ribes nigrum var. sibiricum, jew anki bħala speċi distinta Ribes cyathiforme.
Kultivari
immodifikaHemm kultivari ħafna tal-kassis, fosthom: Amos Iswed, Ben Alder, Ben Avon, Ben Connan, Ben Dorain, Ben Gairn, Ben Tama, Ben Lomond, Ben Loyal, Ben More, Ben Sarek, Ben Tirran, Ben Zona, Big Ben , Boskoop Giant, Cotswold Cross u Wellington XXX.
Varjetajiet ġodda qed jiġu żviluppati kontinwament biex tissaħaħ it-tolleranza għall-ġlata u r-reżistenza għall-mard u jittejjeb il-ħsad bil-magna, il-kwalità tal-frott, il-kontenut nutrittiv u togħma tal-frott[2]. Żewġ kultivari ġodda li ħarġu mill-programm tat-tnissil tal-kassis f'British Colombia, il-Kanada - Blackcomb u Tahsis - intgħażlu għall-immunità li għandhom għall-fungu tal-arżnu, Cronartium ribicola, u t-tolleranza għall-ġlata[3].
Fil-Finlandja jikkoltivaw varjetajiet li jipproduċu frott aħdar, ta' togħma inqas qawwija u iżjed ħelwa mill-kassis tipiku. Dan jissejjaħ viherherukka[4].
Kultivazzjoni
immodifikaTħejjija qabel it-tħawwil
Hu importanti ħafna li jkun hemm eradikazzjoni kompluta tal-ħaxix ħażin għal staġun sħiħ qabel it-tħawwil. Hu rakkomandat li jintużaw l-erbiċidi għall ħaxix ħażin. Barra minn hekk il-ħamrija għandha tiġi ttestjata għan-nematodi; jista' jkun hemm bżonn il-fumigazzjoni fejn hemm preżenza sinifikanti ta' nematodi li jġorru l-virus.
Il-kultivaturi għandhom iqisu l-fertilità ġenerali tal-art fejn ikunu se jħawlu (pereż. nutrijenti, pH) biex jiżguraw is-sit jissodisfa l-kondizzjonijiet tat-tħawwil rakkomandati kif hu spjegat fil-gwida għall-produtturi ta' din ix-xitla (www.berrycrops.net).
Hu importanti li jkun hemm biżżejjed irrigazzjoni u skulatura tal-ilma qabel wieħed jaħseb biex iħawwel.
Il-kontroll tal-ħaxix ħażin – Il-kultivaturi jistgħu jużaw "mulch" organiku (fosthom serratura u tiben), plastik oħxon miksi bil-"mulch" organiku, jew kanvas bħala mezz kontra l-ħaxix ħażin. Jekk jintużaw xi erbiċidi kimiċi, wieħed għandu jiċċekkja mal-awtoritajiet biex jiżguraw l-użu ta' dawn is-sustanzi hu reġistrat u xieraq.
Iż-żbir – Iż-żbir annwali tal-friegħi u r-rimjiet qodma li huma inqas minn ~45 grad mal-art huwa importanti għall-kura tal-uċuħ u għall-ħsad bil-magna. Spiss jiġri li meta ż-żbir tar-rimjiet niżlin l-isfel jiġi ttraskurat, il-piż tal-frott li jkollhom jegħlibhom u jniżżilhom mal-art u l-frott ikollu l-ħsara jew jitħassar. Iż-żbir jista' jsir bl-idejn jew mekkanikament.
Mard
immodifikaIl-pjanti tal-familja Ribes huma ibatu minn bosta mardiet, fosthom l-aktar prominenti huma Cronartium ribicola u l-moffa. Però hemm Però hemm ġew żviluppati u qed jiġu żviluppati varjetajiet li jirreżistu xi wħud minn dan il-mard.
Hemm ukoll il-marda Drepanopeziza ribis, iżda din normalment mhijiex problema serja għall-varjetajiet żviluppati permezz ta' programmi tat-tnissil prominenti.
Nurijenti u Fitokimiċi
immodifika
Kassis iswed Ewropej nej | |||||
Enerġija | 264 kJ (63 Kal) | ||||
Karboidrati | 15.4 g | ||||
Xaħam | 0.4 g | ||||
Proteini | 1.4 g | ||||
Vitamina B6 | 0.066 (5%) | ||||
Vitamina C | 181 mg (218%) | ||||
Riboflavina (Vit B2) | 0.05 mg (4%) | ||||
Tiamina (Vit B1) | 0.05 mg (4%) | ||||
Niaċina (Vit B3) | 0.3 mg (2%) | ||||
Aċtu Pantoteniku (Vit B5) | 0.398 mg (8%) | ||||
Kalċju | 55 mg (6%) | ||||
Ħadid | 1.5 mg (12%) | ||||
Manjeżju | 24 mg (7%) | ||||
Fosfru | 59 mg (8%) | ||||
Potassju | 322 mg (8%) | ||||
Żingu | 0.27 mg (7%) | ||||
Il-perċentaġġi huma tad-doża rrakkomandata għall-adulti. |
Il-frott fih ammont straordinarju ta' vitamina C (302% tal-valur ta’ kuljum irrakomandat kull 100 g. Għandu wkoll livelli tajbin ta' potassju, fosfru, ħadid u Vitamina B5, u firxa wiesgħa ta' nutrijenti essenzjali oħra (ara t-tabella tan-nutrijent fuq il-lemin).
F'xi esperimenti tal-laboratorju ntwera li xi fitokimiċi oħra fil-frott (polifenoli/antoċiani) għandhom potenzjal li jinibixxui l-mekkaniżmi tal-infjammazzjoni li huma suspettati li għandhom x’jaqsmu mal-bidu tal-mard tal-qalb, kanċer, infezzjonijiet mikrobjali jew mard newroloġiku bħall-marda ta' Alzheimer.[5][6]. L-antoċiani prinċipali fil-lbieba tal-kassis delfinidina-3-O-glukoside, delfinidina-3-O-rutinoside, ċianidina-3-O-glukoside, u ċianidina-3-O-rutinoside [7] li jibqgħu fil-meraq konċentrat fost polifenoli oħra li għadhom ma ġewx identifikati.[8] [9]
Iż-żejt miż-żerriegħa tal-kassis huwa rikk f’ħafna nutrijenti, speċjalment il-vitamina E u diversi aċti grassi mhux saturati fosthom l-aċtu alfa-linoleniku u l-aċtu gamma-linoleniku. [10] Fi studju pilota fuq in-nies, id-dermatite atopika naqset fit-trabi mredda' minn ommijiet li kienu jieħdu ż-żejt taż-żerriegħa tal-kassis meta l-ulied baqgħu jieħdu ż-żejt għal aktar minn sentejn.
Użi fit-tisjir
immodifikaDan il-frott jista' jittiekel nej, imma għandu togħma qarsa qawwija u għalhekk ikollu bżonn ta' xi ħlewwa miegħu. Is-soltu jissajjar maz-zokkor biex isir purè, li mbagħad jista' jitgħadda minn biċċa filoxx biex joħroġ il-meraq. Il-purè jista' jintuża fil-ġamm, jogurt, ġelat, sorbet, u ħafna platti ħafna oħra kemm ħelwin u kemm mhumiex. It-togħma qawwija tiegħu tista' tittaffa billi jiġi mħallat ma' frott ieħor, bħal-lampun u frawli fil-ħelu tas-sajf jew tuffieħ fit-torti. Dan il-frott spiss jintuża fil-kċina Daniża u fir-Rødgrød, diżerta popolari fil-Ġermanja ta' Fuq.
Minbarra li jintuża bħala meraq u fil-ġuleppi u kordjali, il-kassis jintuża wkoll fit-tisjir billi l-qrusa tiegħu toħloq togħma tajba f’ħafna zlazi, platti tal-laħam, u diżerti.
Referenzi
immodifika- ^ Synonymy - Ribes nigrum, Northern Ontario Plant Database
- ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-03-19. Miġbur 2012-05-09.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
- ^ [1]
- ^ Junnila, S. et al. (1987). "A green-fruited blackcurrant variety ‘Vertti’". Annales Agriculturae Fenniae 26: 278–283.
- ^ Molecular nutrition & food research, Heinonen M, Antioxidant activity and antimicrobial effect of berry phenolics--a Finnish perspective, vol. 51, ħarġa 6. pp 684–91
- ^ Journal of agricultural and food chemistry, Seeram NP, Berry fruits: compositional elements, biochemical activities, and the impact of their intake on human health, performance, and disease vol. 56, ħarġa 3, pp 627–9, 2008
- ^ Kapasakalidis, PG; Rastall, RA; Gordon, MH (2006). "Extraction of polyphenols from processed black currant (Ribes nigrum L.) residues". Journal of Agricultural and Food Chemistry 54 (11): 4016–21.
- ^ Mcdougall, GJ; Gordon, S; Brennan, R; Stewart, D (2005). "Anthocyanin-flavanol condensation products from black currant (Ribes nigrum L.)". Journal of Agricultural and Food Chemistry 53 (20): 7878–85.
- ^ Nielsen, IL; Haren, GR; Magnussen, EL; Dragsted, LO; Rasmussen, SE (2003). "Quantification of anthocyanins in commercial black currant juices by simple high-performance liquid chromatography. Investigation of their pH stability and antioxidative potency". Journal of Agricultural and Food Chemistry 51 (20): 5861–6.
- ^ Traitler, H; Winter, H; Richli, U; Ingenbleek, Y (1984). "Characterization of gamma-linolenic acid in Ribes seed". Lipids 19 (12): 923–8.