Julie Wilhelmine Hagen-Schwarz

Julie Wilhelmine Hagen-Schwarz ( 27 ta' Ottubru 1824– 20 ta' Ottobru 1902) kienet pittriċi Ġermaniża tal-Baltiku, primarjament tar-ritratti.[1]

Julie Wilhelmine Hagen-Schwarz
Ħajja
Twelid Aksi (mul) Translate, 27 Ottubru 1824
Nazzjonalità Imperu Russu
Mewt Tartu, 20 Ottubru 1902
Familja
Missier August Matthias Hagen
Omm Johanna Hagen
Konjuga/i Ludwig Schwarz (en) Translate
Ulied
Edukazzjoni
Alma mater Università Imperjali ta' Dorpat
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
Post tax-xogħol San Pietruburgu
Dresden
Munich
Ruma
Moviment artistiku ritratt

Bijografija

immodifika

Kienet bint il-pittur August Matthias Hagen [2] ; twieldet waqt li l-ġenituri tagħha kienu fuq eskursjoni tal-pittura. Hija uriet interess bikri fit-tpinġija, u għalhekk missierha ma ħela l-ebda żmien biex jagħtiha il-lezzjonijiet. Wara li ggradwat mill-iskejjel pubbliċi, hija rreġistrat fl-Università ta' Dorpat (issa magħrufa bħala l-Università ta' Tartu), fejn ġiet attirata għall-pittura tar-ritratti.

Wara li ggradwat, hija rċeviet borża ta' studju biex tistudja l-Ġermanja. Bdiet tistudja ma' Friedrich Gonne fi Dresden, imbagħad marret Munich, kisbet pożizzjoni fil-workshops ta' Moritz Rugendas.[3] Tliet snin wara, hi rritornat lejn Tartu u rċeviet borża ta' studju oħra miz-Zar Nicholas I biex tistudja l-Italja. Din id-darba, hija kienet akkumpanjata minn missierha, li ttama li l-klima Taljana tgħin biex ittejjiblu l-vista.

Fl-1854 hi rritornat id-dar[4], diġà artist magħruf minħabba l-parteċipazzjoni tagħha f'diversi wirjiet madwar l-Ewropa. Ftit wara, hija żżewġet l-astronomu Ludwig Schwarz, li aktar tard sar Direttur tal-osservatorju lokali. Il-qamar tal-għasel tagħhom kienet tikkonsisti fi spedizzjoni lejn ix-Xlokk tas-Siberja,[3] li tkopri 600 mil, fejn żewġha kien parti minn tim li jesplora riżorsi minerali u jħejji mappa dettaljata f’isem is-Soċjetà Ġeografika Russa. Kif wieħed kien jistenna, hi ħadet l-opportunità biex tpinġi dak kollu li kien ta' interess.

Fl-1858, hija saret l-ewwel mara eletta għall-Akkademja Imperjali tal-Arti. [3] Wara dan, qattgħet ħafna mill-ħin tagħha f'San Pietruburgu, billi tipparteċipa fl-esibizzjonijiet lokali u nazzjonali kollha. B'kollox, hija pproduċiet aktar minn 700 ritratt.

 
Julie Hagen-Schwarz awtoritratt

Pittura magħżula

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ Reinart, Heili
  2. ^ ""Julie Wilhelmine Emilie Hagen-Schwarz (1824-1902)". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-02-20. Miġbur 2020-04-30.
  3. ^ a b ċ Brief biography from the University of Tartu Library.
  4. ^ "Julie Wilhelmine Hagen-Schwarz