Joyeux Noël

film Franċiż tal-2005

Joyeux Noël (Malti: Il-Milied it-Tajjeb) huwa film Franċiż tal-2005 dwar il-waqfien mill-ġlied matul l-Ewwel Gwerra Dinjija f'Diċembru 1914, minn għajnejn is-suldati Franċiżi, Skoċċiżi u Ġermaniżi. Kien miktub u dirett minn Christian Carion.

Joyeux Noël
Lingwa oriġinali Ingliż
Pajjiż tal-produzzjoni Franza, Ġermanja, Renju Unit
Sena 2005
Tul 116 min
Kulur kulur
Ġeneru Gwerra, drammatiku
Reġista Christian Carion
Xeneġġjatura Christian Carion
Produttur Christophe Rossignon
Fotografija Walther van den Ende
Montaġġ Andrea Sedlácková
Effetti speċjali J.C. Burgeois u Antoine Vander Winkel
Mużika Philippe Rombi
Xenografija Jean-Michel Simonet
Kostumi Alison Forbes-Meyler
Atturi
  • Lucas Belvaux: Gueusselin
  • Dany Boon: Ponchel
  • Daniel Brühl: Horstmayer
  • Guillaume Canet: lugotenent Audebert
  • Alex Ferns: Gordon
  • Suzanne Flon
  • Benno Fürmann: Nikolaus Sprink
  • Diane Kruger: Anna Sörensen
  • Bernard Le Coq: il-ġeneral
  • Gary Lewis: Palmer
  • Michel Serrault: proprjetarju tad-dar okkupata
  • Suzanne Flon: proprjetarja tad-dar okkupata

Il-ġrajja titratta sitt karattri: Gordon (Logutenent tar-Royal Scots Fusiliers); Audebert (Logutenent tal-Infanterija 26 u kontra qalbu bin ġeneral); Horstmayer (Logutenent Lhudi-Ġermaniż tal-Infanterija 93); Palmer (qassis Skoċċiż li kien iwassal katalettier); u t-tenur Ġermaniż Nikolaus Sprink u martu Daniża, is-sopran Anna Sørensen (żewġ stilel famużi tal-opra).

Il-film jibda b'xeni ta' tfal tal-iskola jirreċtaw diskorsi patrijottiċi li jfaħħru lil pajjiżhom u jmaqdru lill-għadu. Fl-Iskozja, żewġ aħwa, Jonathan u William, iħejju ruħhom għall-ġlied, flimkien mal-qassis tagħhom, Father Palmer. Fil-Ġermanja, Sprink jiġi interrott waqt performance minn uffiċjal Ġermaniż li jagħmel sejħa għar-riservi. Audebert iħares lejn ritratt ta' martu tqila li kellu jħalli warajh (fil-parti okkupata ta' Franza, eżatt quddiem it-trunċiera tiegħu), u jħejji ruħu biex imur fit-trunċieri.

Fil-Ġermanja, lil Anna jagħtuha l-permess li tkanta għas-suldati u Sprink jitħalla jmur magħha. Sprink jiddejjaq bil-kumdità tal-ġenerali fil-kwartieri tagħhom, u jiddeċiedi li jmur fil-front ikanta għat-truppi. Anna tkun trid tmur miegħu, u għalkemm għall-bidu ma jkunx irid, imbagħad iħalliha.

Il-waqfien mhux uffiċjali jibda meta l-Iskoċċiżi jibdew ikantaw għanjiet tal-Milied, akkumpanjati miċ-ċirimelli. Sprink u Sørensen jaslu fil-fruntiera Ġermaniża u Sprink ikanta għal sħabu. Kif Sprink ikanta O Lejl tas-Skiet jiġi akkumpanjat minn daqqaq Skoċċiż. Sprink iwieġeb għad-daqqaq billi joħroġ mit-trunċiera b'siġra żgħira tal-Milied ikanta l-Adeste Fideles. Wara Sprink, l-uffiċjali Franċiżi, Ġermaniżi u Skoċċiżi jiltaqgħu fl-"art ta' ħadd" u jaqblu li għal dak il-lejl jieqfu mill-ġlied. Is-suldati jiltaqgħu u jixtiequ lil xulxin "Joyeux Noël","Frohe Weihnachten", u "Merry Christmas." Ipartu ċikkulata, xampanja, u ritratti tal-għeżież tagħhom. Horstmayer jagħti lura lil Audebert il-kartiera tiegħu, bir-ritratt ta' martu fiha, li kien tilef ftit jiem qabel, u jitkellmu fuq it-tifkiriet tagħhom ta' qabel il-gwerra. Palmer u l-Iskoċċiżi jiċċelebraw quddiesa għas-suldati bil-Latin, u jikkomwovu ħafna ruħhom. Iżda, Jonathan ma jemozzjonah xejn milli kien qed jiġri madwaru, għax għadu jibki lil ħuh li nqatel.

Father Palmer bagħtuh lura fil-parroċċa u l-Battaljun tiegħu ġie xolt bħala marka ta' mistħija. Minkejja li saħaq fuq l-umanità u l-bonavolontà tal-waqfien mill-ġlied, l-Isqof iċanfru u jagħmel prietka kontra l-Ġermaniżi lir-rekluti ġodda, li fiha jiddeskrivi lill-Ġermaniżi bħala subumani u jikkmanda lir-rekluti joqtlu kull Ġermaniż li jaraw. Father Palmer jisma' din il-prietka u jneħħi l-kurċifiss hu u ħiereġ.

Lura fit-trunċieri, maġġur furjuż jordna lill-Iskoċċiżi jisparaw fuq suldat Ġermaniż li kien dieħel fl-"art ta' ħadd" u kien miexi lejn il-linji Franċiżi. Is-suldati ma jolqtuhx apposta iżda jolqtu Jonathan li kien għadu mimli qrusa. Audebert, joħroġ jiġri u jsib li s-suldat milqut kien Ponchel. Fl-aħħar kliem tiegħu, Ponchel jgħid kif is-suldati Ġermaniżi kienu għenuh, żar lil ommu, u ħa kafè magħha. Jgħid ukoll lil Audebert li għandu tifel żgħir jismu Henri.

Il-kastig li jingħata Audebert ikun li jintbagħat Verdun, u jingħata ċanfira minn missieru, ġeneral. Audebert ma juri l-ebda rimors għal dak li ġara fuq il-front, u ikkundanna lil dawk is-superjuri li jitkellmu fuq sagrifiċċju imma li ma jafu xejn fuq it-tbatija tat-trunċieri. Jgħidlu ukoll bit-tifel li ried jieħu ħsieb, Henri.

Horstmayer u t-truppi tiegħu, li għadhom magħluqa f'ferrovija, jiġu infurmati mill-Prinċep li se jintbagħtu fil-Front tal-Lvant, u ma kellhomx permess isellmu lill-qraba tagħhom meta jgħaddi mill-Ġermanja. Jgħaffeġ l-armonica ta' Jörg u jgħid li Horstmayer, bħala Lhudi, ma kienx jistħoqqlu l-Iron Cross. Hekk kif il-ferrovija titlaq, il-Ġermaniżi jibdew jiħħamjaw għanja Skoċċiża li kienu tgħallmu mingħandhom, L'Hymne des Fraternisés/ I'm Dreaming Of Home.

L-atturi prinċipali

immodifika
  • Diane Kruger (vuċi: Natalie Dessay) fil-parti ta' Anna Sørensen (soprano Daniża, l-għarusa ta' Sprink)
  • Benno Fürmann (vuċi: Rolando Villazón) fil-parti tas-suldat Nikolaus Sprink (tenur Ġermaniż)
  • Guillaume Canet fil-parti tal-maġġur Audebert
  • Gary Lewis fil-parti ta' Father Palmer (qassis Kattoliku Skoċċiż u katalettier)
  • Dany Boon fil-parti tas-suldat Ponchel (ajjutant tal-kamp ta' Audebert)
  • Daniel Brühl fil-parti tal-maġġur Horstmayer
  • Bernard Le Coq fil-parti tal-ġeneral Franċiż