Jennifer Croft
Jennifer Croft (li twieldet f'Oklahoma fl-1981) hija kritiku, awtriċi, u traduttriċi Amerikana li taħdem mill-Ispanjol, il-Pollakk, l-Ukren u l-Ispanjol-Arġentin. Flimkien mal-awtriċi Olga Tokarczuk, Croft rebħet il-Premju Booker Internazzjonali tal-2018 għat-traduzzjoni tagħha Flights.[1] Fl-2020 irċeviet il-Premju Internazzjonali William Saroyan għall-Kitba għal Homesick, oriġinarjament miktub bl-Ispanjol fl-2014, u li ġie ppubblikat fl-Arġentina bit-titlu Serpientes y escaleras.
Jennifer Croft | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Stati Uniti tal-Amerka, |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta' Iowa Northwestern University (en) |
Lingwi |
Ingliż Pollak Ukren Spanjol |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
traduttur kritiku letterarju |
Premjijiet |
List
|
Croft irċiviet għotjiet u fellowships minn Guggenheim, Cullman, Fulbright, PEN, MacDowell, Foundation Jan Michalski, Yaddo u National Endowment for the Arts, kif ukoll il-Premju inawgurali Michael Henry Heim għat-Traduzzjoni u Borża ta' Studju għal Workshop Tin House għal Homesick. Hija għandha Dottorat min-Northwestern University u MFA mill-Università ta' Iowa.[2]
Hija editur fundatriċi ta' The Buenos Aires Review, u ppubblikat ix-xogħlijiet tagħha kif ukoll numru sostanzjali ta' traduzzjonijiet f'The New Yorker, The New York Times, The New York Review of Books, The Paris Review, The Los Angeles Review of Books, VICE, n +1, Electric Literature, Lit Hub, BOMB, Guernica, The New Republic, The Guardian, The Chicago Tribune, Granta, u f'oħrajn.[2]
Croft ittraduċiet August ta' Romina Paula (The Feminist Press, 2017), A Perfect Cemetery ta' Federico Falco (Charco Press, 2021), The Woman from Uruguay ta' Pedro Mairal (Bloomsbury Publishing, 2021), What Feelings Do When No One's Looking ta' Tina Oziewicz (Elsewhere Editions, 2022), Dislocations ta' Sylvia Molloy (Charco Press, 2022), u Two Sherpas ta' Sebastián Martínez Daniell (Charco Press, 2023). It-traduzzjoni tagħha ta' Flights, oriġinarjament miktub bil-Pollakk minn Tokarczuk, ġie ppubblikat minn Fitzcarraldo Editions f'Mejju tal-2017. Croft ittraduċiet rumanz ieħor ta' Tokarczuk, Księgi Jakubowe (‘The Books of Jacob'), li rebaħ il-Premju Nike fl-2015.[3]
Croft kitbet dwar varjetà ta' temi, fosthom il-kartolini[4], it-traduzzjoni, l-eżilju[5], il-finzjoni Amerikana kontemporanja[6], u l-Ajruport ta' Tempelhof[7]. Mill-2021 sal-2022 kienet mistiedna bħala Assistent Professur tal-Kitba Kreattiva fil-University of Arkansas. Mill-2023, hi saret Professur Assoċjat tal-Kitba Kreattiva fil-University of Tulsa.
Bl-esej tagħha "Why Translators Should be Named on Book Covers"[8] li dehret f'The Guardian, Croft nediet il-kampanja #TranslatorsOnTheCover b'kooperazzjoni mas-Soċjetà tal-Awturi u mal-awtur Mark Haddon.[9] Il-kampanja qajmet kuxjenza dwar in-natura kollaborattiva tal-letteratura tradotta billi enfasizzat l-irwol tat-traduttur, li Croft tqis bħala l-individwu li jieħu deċiżjoni fuq kull kelma tax-xogħol tradott.
Referenzi
immodifika- ^ "Man Booker International Prize: Olga Tokarczuk is first Polish winner" (bl-Ingliż). 2018-05-22. Miġbur 2023-03-16.
- ^ a b "Jennifer Croft". Words Without Borders (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
- ^ Grey, Tobias (2018-08-09). "Olga Tokarczuk's Book 'Flights' Is Taking Off" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-03-16.
- ^ "Los Angeles Review of Books". Los Angeles Review of Books (bl-Ingliż). 2020-10-11. Miġbur 2023-03-16.
- ^ "Best Book of 1953/1994: Trans-Atlantyk" (bl-Ingliż). 2018-12-20. Miġbur 2023-03-16.
- ^ "Los Angeles Review of Books". Los Angeles Review of Books (bl-Ingliż). 2018-05-01. Miġbur 2023-03-16.
- ^ Croft, Jennifer (2017-02-15). "Recovering and Tempelhof" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-03-21. Miġbur 2023-03-16.
- ^ "Why translators should be named on book covers" (bl-Ingliż). 2021-09-10. Miġbur 2023-03-16.
- ^ "#TranslatorsOnTheCover – sign the open letter - The Society of Authors" (bl-Ingliż). 2021-09-30. Miġbur 2023-03-16.