Jamāhīriyya (bl-Għarbi: جماهيرية) hija kelma bl-Għarbi ġeneralment tradotta għal "reġim tal-mases". Dan it-terminu, neoloġiżmu introdott minn Muammar al-Gaddafi, huwa intiż sabiex jiddeskrivi tip ta' stat.

Plakka ġewwa Praga li tgħid "Uffiċċju tal-Poplu (Ambaxxata) tal-Ġamaħirija Għarbija Libjana Popolari u Soċjalista"

Fil-prattika, l-unika stat fejn dan it-terminu huwa applikat huwa l-Libja, liema Gaddafi huwa l-Qāʼid (Kap).

Etimoloġija

immodifika

Il-kelma jamāhīrīya ġejja minn jumhūrīya, li hija t-traduzzjoni bl-Għarbi għal "repubblika". L-element jumhūr – "pubbliku" – mill-kelma oriġinali ġiet mibdula għall-plural jamāhīr – "il-masses". Għalhekk, hi simili tat-terminu "Repubblika popolari".

Il-gvern Libjan jistqarr li l-Libja hija demokrazija diretta mingħajr ebda partit politiku, immexxi mill-poplu permezz ta' kunsilli u komuni lokali. Minħabba li din is-sistema apparentament hija użata biss mil-Libja, it-terminuu jamahiriya hi użata biex tiddeskrivi dan it-tip ta' stat. It-traslitterazzjoni bil-Malti hija "Ġamaħirija"