J.K. Rowling
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi mtejjeb f'xi wħud minn dawn: il-grammatika, l-istil u/jew it-ton. Jista' jkun li dan l-artiklu, jew parti/jiet minnu, kienu tradotti b'mod awtomatiku jew b'għodda ta' traduzzjoni mekkanika. Inti tista' tagħti daqqa t'id billi timmodifikah kif meħtieġ. |
Dan l-artiklu jew sezzjoni għandu bżonn jiġi aġġornat. Partijiet minn dan l-artiklu huma obsoleti jew jiddiskutu avvenimenti li issa huma fil-passat. Immodifika dan l-artiklu sabiex ittejbu. |
Joanne Rowling hija awtriċi Ingliża magħrufa bħala J.K. Rowling. Rowling hija l-awtriċi magħrufa li kitbet is-serje tant popolari Harry Potter, sejre li rnexxielha tisraq il-qlub ta' bosta nies li tinteressahom il-maġija. Harry Potter rebaħ ħafna premjijiet, u nbigħu 'il fuq minn 377 miljun kopja mad-dinja kollha.
J.K. Rowling | |
---|---|
Vuċi | |
Ħajja | |
Isem propju | Joanne Rowling |
Twelid | Yate (en) , 31 Lulju 1965 (59 sena) |
Nazzjonalità | Renju Unit |
Residenza |
Killiechassie House (en) Kensington |
L-ewwel lingwa | Ingliż Brittaniku |
Familja | |
Missier | Peter James Rowling |
Omm | Anne Rowling |
Konjuga/i |
Jorge Arantes (en) (16 Ottubru 1992 - 26 Ġunju 1995) Neil Murray (en) (26 Diċembru 2001 - |
Ulied |
uri |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Wyedean School (en) 1983) University of Exeter (en) (1983 - : Franċiż |
Lingwi |
Ingliż Ingliż Brittaniku |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
producer ċinematografiku kittieb rumanzier kittieb tal-kotba tat-tfal xeneġġatur awtur anti-transgender activist (en) |
Parteċipant | |
Xogħlijiet importanti |
Harry Potter (mul) Harry Potter and the Philosopher's Stone (en) Harry Potter and the Chamber of Secrets (en) Harry Potter and the Prisoner of Azkaban (en) Harry Potter and the Goblet of Fire (en) Harry Potter and the Order of the Phoenix (en) Harry Potter and the Half-Blood Prince (en) Harry Potter and the Deathly Hallows (en) |
Premjijiet |
List
|
Nominat għal |
uri
|
Influwenzat minn |
George Eliot Edith Nesbit (mul) Emily Brontë (mul) Lloyd Alexander (en) G. K. Chesterton (en) Elizabeth Goudge (en) Stephen King (mul) T. H. White (en) J. D. Salinger (en) Jessica Mitford (en) Sylvia Plath (mul) C. S. Lewis (mul) |
Sħubija | Soċjetà Rjali tal-Letteratura |
Psewdonomu | Robert Galbraithu J. K. Rowling |
Moviment artistiku |
tragicomedy (en) rumanz kriminali fantasy (en) |
Biografija
immodifikaIl-ġenituri ta' Rowling kien jisimhom Peter James Rowling u Anne Rowling (mwielda Volat) fil-31 t'Awwissu tal-1965, f'Yate Gloucestershire, l-Ingilterra, 10 mili (16.1 km) fit-tramuntana ta' Bristol. Oħtha Dianne twieldet fid-dar tagħhom fit-28 t'Awwissu fl-1967 meta Rowling kien għad kellha biss 23 xahar. Il-familja marret toqgħod f'raħal qrib Winterbourne meta Rowling kellha erba' snin. Hija attendiet l-iskola primarja St Michael's, skola imwaqqfa kważi 200 sena ilu mill-popolari William Wilberforce u ġiet irriformata minn Hannah More. Jingħad li l-Kap tal-iskola f'St Michael's, Alfred Dunn, kien il-mudell ta' Albus Dumbledore f'Harry Potter.
Meta kienet tifla, Rowling kienet tieħu gost tikteb l-istejjer tal-fantasija biex taqrahom oħtha. "Niftakar ngħidilha l-istejjer fejn hi kienet taqa' ġo ħofra tal-fniek u l-fniek ta' ġewwa kienu jagħtuha tiekol il-frawli" tgħid Rowling. "L-ewwel storja li ktibt (meta kelli ħames jew sitt snin) kienet dwar fenek jismu Rabbit. Dan il-fenek kien qabdu il-ġidri r-riħ u kienu jiġu ħbiebu jarawh, fosthom kien hemm naħla kbira jisimha, is-sinjura naħla (Miss Bee)."
Bidu tal-karriera
immodifikaĠieli l-Kunjom ta' Rowling kien jinqara "Rolling" minflok "Rowling". Proprjament hi jisimha "Joanne Rowling" mhux bħalma jaħsbu ħafna nies "Joanne Kathleen Rowling". Qabel ma ppubblikat l-ewwel ktieb Harry Potter and the Philosopher’s Stone, Bloomsbury, il-kumpanija li stampaw u ppublikaw il-kotba ta’ Harry Potter, beżgħet li s-subien ma kinux ser jaqraw il-ktieb billi kienet kitbitu mara. Allura biex ma tidhirx li hija mara, għażlet l-ittra K, minn isem nannitha Kathleen, ħalli b'hekk minflok jidher l-isem "Joanne Rowling", jidher "J.K Rowling".
F’ Diċembru tal-1990, omm Joanne mardet u mietet. Joanne qalet "Kont qiegħda nikteb Harry Potter meta ommi mietet. Qatt ma għedtilha fuq Harry Potter".
Qofol tal-karriera
immodifikaRowling rebħet bosta premjijiet għall-kotba li kitbet, fosthom Children’s Book Award, Nestlé Smarties Book Prize u ħafna oħrajn. Is-sitt ktieb, Harry Potter and the Half-Blood Prince qiegħed fil-Guinness World Records deskritt bħala l-iżjed ktieb qatt mibjugħ! Is-sitt ktieb nbiegħ f’ġurnata u nbigħu iżjed kopji milli nbigħu kopji ta' The Da Vinci Code f’sena. J.K. Rowling taqla iżjed flus mill-kotba milli taqla’ r-reġina tal-Ingilterra. Bħalissa, J.K. Rowling qed tgħix f'Edinbera, l-iSkozja ħdejn oħta Dianna, minn fejn ħarget Harry Potter and the Deathly Hallows fil-21 ta’ Lulju 2007.