Internazzjonali Soċjalista
L-Internazzjonali Soċjalista (SI), imwaqqfa mill-ġdid fl-1951, hija l-organizzazzjoni internazzjonali ewlenija tal-partiti soċjal-demokratiċi u tal-partiti soċjalisti moderati. Tafferma dawn il-prinċipji:
Dan l-artiklu dwar il-politika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
l-ewwel, libertà mhux biss individwali imma libertà mid-diskriminazzjoni u libertà mid-dipendenza fuq is-sidien tal-mezzi ta' produzzjoni jew min qed iżomm il-poter b'mod abbużiv;
it-tieni, ugwaljanza u ġustizzja soċjali, mhux biss quddiem il-liġi imma ukoll ugwaljanza ekonomika u soċjo-kulturali, u opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inkluż dawk b'diżabilitajiet fiżiċi, mentali, jew soċjali;
u, t-tielet, is-solidarjetà ma' vittmi ta' inġustizzji u inugwaljanzi.
Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, is-SI għenet lill-partiti soċjal-demokratiċi jerpgħu iqumu fuq saqajhom wara li waqgħu d-dittaturi fil-Portugal (1974) u fi Spanja (1975). Sal-Kungress ta' Ġinevra tal-1976, is-SI ma tantx kellha membri barra mill-Ewropa. Fit-tmeninijiet ħafna partiti tas-SI appoġjaw lis-Sandinisti tan-Nikaragwa (FSLN), li saru ukoll membri tas-SI.
Saru ukoll membri partiti eks-Komunisti bħad-Democratici di Sinistra (DS) tal-Italja u l-Front for the Liberation of Mozambique (FRELIMO).
Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej, partit Ewropew fil-Parlament Ewropew, huwa organizzazzjoni assoċjata tas-SI.
Is-Segretarju Ġenerali tas-SI huwa ċ-Ċilen Luis Ayala (Chile), li ilu fil-kariga mill-1989.
Il-Partit Laburista Malti sar membru tas-SI sa mit-twaqqif tiegħu fl-1951.