Il-Premju Warwick għan-Nisa fit-Traduzzjoni
Dan l-artiklu dwar il-letteratura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Premju Warwick għan-Nisa fit-Traduzzjoni, stabbilit fl-2017, huwa premju annwali li jonora x-xogħolijiet ta’ awturi nisa li jkun gie tradott u ppublikat f’kotba bl-Ingliż matul is-sena preċedenti minn pubblikatur ibbażat fir-Renju Unit jew fl-Irlanda. L-għan tal-premju huwa "li jindirizza l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fit-traduzzjoni letterarja, u li jżid l-ilħna ta’ nisa internazzjonali aċċessibbli għall-qarrejja Ingliżi u Irlandiżi." Il-premju huwa miftuħ għal xogħlijiet ta’ finzjoni, poeżiji, xogħlijiet li jirrakkuntaw storja vera, jew xogħlijiet ta’ finzjoni għat-tfal jew għaż-żgħażagħ.
Filwaqt li l-ġeneru tat-traduttur huwa irrelevanti, huma eleġibbli biss xogħlijiet miktuba minn awturi nisa. Il-premju ta’ £1,000 jinqasam ugwalment bejn l-awtriċi u t-traduttur(i) tagħha, jew jingħata kollu kemm hu lit-traduttur(i) jekk l-awtriċi tal-ktieb ma tkunx għadha ħajja. Il-premju huwa ffinanzjat u amministrat mill-Università ta’ Warwick.