Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri

Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri huwa ktieb ta' poeżiji bil-Malti ta' Immanuel Mifsud li ħareġ fl-2001. Dan il-ktieb huwa ġabra ta' sittin poeżija miktuba bejn l-1989 u l-2001. Id-diżillużjoni bl-imħabba titħallat ma' l-imħabba tas-sabiħ, iċċelebrata l-aktar fil-versi erotiċi.

Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri (qoxra)

Anki hawn jinstab il-vjaġġ bħala tema ċentrali, bil-kittieb li jsir il-pellegrin fi tfittxija għal xi ħaġa mhijex magħrufa.

Minkejja l-kulur u l-ġmiel, xi poeżiji joħorġu fid-deher aspetti aktar negattivi tal-ħajja tal-kittieb.

Xi wħud minn dawn il-poeżiji kienu tradotti għall-Ingliż minn Maria Grech Ganado, u nqalbu wkoll għall-Katalan, għas-Slovakk u s-Sloven, fejn inqraw f'festivals tal-poeżiji f'dawn il-pajjiżi.

Premjijiet

immodifika

Il-Ktieb tar-Riħ u l-Fjuri ta' Immanuel Mifsud ġie fit-tieni post għall-Premju Letterarju tal-2002. Dakinhar, l-ewwel premju ma ngħatax.