Il-Ktieb ta' Mormon

Il-Ktieb ta' Mormon hu wieħed mit-testi sagri tal-Mormoniżmu, meqjus mill-Qaddisin tal-Aħħar Ġranet bħala ktieb rivelat. L-isem tal-ktieb ġej minn Mormon, profeta–storiku li, skont it-test stess, ikkompila ħafna mill-ktieb. Kien tradott u ppubblikat għall-ewwel darba mill-fundatur tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Ġranet, Joseph Smith, f'Palmyra, New York, fis-26 ta' Marzu tal-1830.

Il-Ktieb ta' Mormon

Flimkien mal-Bibbja, il-Ktieb ta' Mormon hi parti tal-kanoni ta' skrittura sagra tal-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Ġranet, il-Komunità ta' Kristu, u knejjes oħra li jqisu lil Joseph Smith bħala l-fundatur tagħhom. Is-sottotitlu "Testment ieħor ta' Ġesù Kristu", kien ġie miżjud fl-1982 fl-edizzjonijiet tal-ktieb pubblikati mil-Knisja ta' Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Ġranet, bl-iskop li tenfasizza t-testimonjanza tad-divinità ta' Ġesù Kristu.[1]

Traduzzjoni tat-twavel tad-deheb

immodifika
 
Pittura li turi lil Joseph Smith jirċievi t-twavel tad-deheb mill-Anġlu Moroni, fit-22 ta' Settembru tal-1823 fl-għolja ta' Cumorah, Manchester, Stat ta' New York.
 
Manuskritt oriġinali b'kopja ta' karattri bl-Eġizzjan riformat miktuba fit-twavel tad-deheb.

Skont ir-rakkont ta' Joseph Smith, il-Ktieb ta' Mormon hi t-traduzzjoni ta' test antik, miktub fuq twavel tad-deheb, li wassal għad-dehra ta' anġlu fl-1823. Dan il-messaġġier, bl-isem ta' Moroni, informa liż-żagħżugħ Joseph Smith li xi annali antiki kienu jinsabu midfunin taħt għolja bl-isem ta' Cumorah, sit fl-inħawi tar-razzett tal-famlija Smith, territorju ta' Palymra, New York. Skont ir-rakkont ta' Joseph Smith, u ta' persuni oħra li kienu skribi, ix-xogħol ta' traduzzjoni sar f'inqas minn disgħin ġurnata. Il-metodu ta' traduzzjoni għadu mhux magħruf, anki jekk hu probabbbli l-użu ta' oġġetti sagri, magħrufa aktar bħala Urim u Tummin (kwotati fil-Bibbja u fil-Ktieb ta' Mormon), u l-awżilju tal-poter tal-Ispirtu s-Santu. Ġew tradotti aktar minn 500 paġna, li jiddeskrivu l-istorja ta' zewġ ċiviltajiet għal perjodu kumplessiv ta' 2,600 sena. Total ta' ħdax-il xhud oħra iffirmaw dikjarazzjoni bil-miktub li huma raw u żammew f'idejhom it-twavel tad-deheb. Ħafna jistaqsu dwar l-affidabilità tad-dikjarazzjonijiet tagħhom. It-twavel kienu miktuba b'Eġizzjan riformat, lingwa li l-Mormoni jqisuha bħala forma ta' ġeroglìfiku. Fl-1838 it-twavel reġgħu ngħataw lill-anġlu Moroni minn Joseph Smith stess.

L-importanza teoloġika tal-Ktieb ta' Mormon

immodifika

L-għan tal-Ktieb, bħalma hu indikat fl-istess fontispizju, hu dak li:[2]

Juri lill-bqija tad-Dar ta' Iżrael liema affarijiet kbar għamel il-Missier għall-missirijiethom, u li jistgħu jagħrfu l-alleanzi tal-Missier, u li mhumiex rifjutati għal dejjem — U wkoll għall-konvinzjoni tal-Lhud u l-Ġentili li Ġesù hu l-Kristu, il-Missier Etern, li jimmanefesta għan-nazzjonijiet kollha.

Joseph Smith espressa l-importanza li l-Ktieb ta' Mormon għandu fit-teoloġija Mormona li permezz tal-kliem kwotati hawn isfel li, f'edizzjonijiet suċċessivi, kienu msemmijin ukoll fl-introduzzjoni tal-ktieb stess:[3]

Qgħedt lil ħuti subien li l-Ktieb ta' Mormon kien l-aktar korrett mill-kotba kollha fid-dinja u ċ-ċabetta tar-reliġjon tagħna, u li raġel jista' jasal viċin ta' Alla billi jobbdi l-preċetti tiegħU u mhux ta' kwalunkwe ktieb ieħor.

Kontenut

immodifika
 
Il-faċċata tal-Ktieb ta' Mormon mill-ewwel edizzjoni tal-1830.
Immaġini mil-Librerija tal-Kungress tal-Istati Uniti, Diviżjoni tal-kotba rari u kollezzjonijiet speċjali.
 
Fil-Ktieb ta' Mormon hemm rakkuntat l-avvenimenti ta' ċiviltajiet li wara żviluppaw fil-kontinent Amerikan minn migrazzjonijiet mil-Lvant Nofsani.

Il-Ktieb ta' Mormon hu kollezzjoni ta' ħmistax-il ktieb, imsemmijin wara l-awtur prinċipali tagħhom, il-profeta Mormon, missier Moroni (l-istess li deher lil Joseph Smith), li fis-seklu 5 kien se jagħmel sommarju tal-kitbiet ta' dawn il-profeti fejn kitibhom fuq karti jew twavel tad-deheb. Minkejja li l-Ktieb ta' Mormon hu kkunsidrat li nkiteb ħafna sekli ilu, il-Mormoni jsostnu li dan ġie għad-dawl fiż-żminijiet kurrenti għall-abitanti tal-lum il-ġurnata.

Fil-Ktieb ta' Mormon hemm rakkuntat l-avvenimenti ta' ċiviltajiet li wara żviluppaw fil-kontinent Amerikan minn migrazzjonijiet mil-Lvant Nofsani.

Annali kwotati fil-Ktieb ta' Mormon

immodifika

Skont il-Ktieb ta' Mormon stess, Mormon u t-tifel tiegħu Moroni kitbu fuq it-twavel tad-deheb l-istorja tal-poplu tagħhom, fejn ġabruha minn erba' annali diversi fi twavel tal-metall:[4]

  1. It-Twavel ta' Nefi huma ta' żewġ tipi: it-Twavel Żgħar u t-Twavel il-Kbar. Dawk tal-ewwel huma partikularment dedikati għall-kwistjonijiet spirtwali, għall-ministeru u għall-għalliema tal-profeti, waqt li dawk tat-tieni jikkonsistu fil-maġġoranza tagħhom l-istorja sekulari tal-popli interessati (1 Nefi 9:2-4). Barra minn hekk, minn żmien Mosia 'il quddiem, it-"Twavel il-Kbar" bdew jinkludu wkoll kwistjonijiet spirtwali importanti.
  2. It-Twavel ta' Mormon jikkonsistu minn sommarju u kummenti magħmula minn Mormon tat-"Twavel il-Kbar" ta' Nefi. Barra minn hekk, huma juru l-kontinwazzjoni tal-istorja tal-poplu tan-Nefiti ta' Mormon u dawk tat-tifel tiegħu Moroni.
  3. It-Twavel ta' Etera juru l-istorja tal-Ġarediti. Dawn l-annali ġew imqassra minn Moroni, biż-żieda tal-kummenti personali tiegħu, u mdaħħlin fl-istorja ġenerali taħt it-titlu tal-"Ktieb ta' Etera".
  4. It-Twavel tal-Bronż kienu dawk li ġew miġbura mill-poplu ta' Lei minn Ġersualemm fis-sena 600 q.K. Ma' dawn it-twavel jagħmlu parti wkoll, il-pentatewku ta' Mosè u storja tal-Lhud, sal-bidu tar-renju ta' Sedekja, re ta' Ġuda, u l-"profeziji tal-profeti qaddisin" (1 Nefi 5:11-13). Dawn mhumiex inklużi direttament fil-Ktieb ta' Mormon, però partijiet kbar ta' dawn it-twavel, li jikkwotaw lil Isaija u profeti oħra, kemm bibliċi u anki dawk li mhumiex, huma nklużi fil-Ktieb ta' Mormon.

Partijiet prinċipali tal-Ktieb ta' Mormon

immodifika
 
Kotba tal-Ktieb ta' Mormon
N. Titlu Kronoloġija possibbli ta'
l-avvenimenti rakkunatati
Kapitli Abbrevjazzjonijiet
I L-Ewwel Ktieb ta' Nefi Mis-600 q.K.
sal-588-570 q.K.
22 "1 Nefi"
u "1 Ne."
II It-Tieni Ktieb ta' Nefi Mill-588–570 q.K.
sa 559–545 q.K.
33 "2 Nefi"
u "2 Ne."
III Il-Ktieb ta' Ġakobb Mill-544–421 q.K.
sal-544–421 q.K.
7 "Ġakobb"
u "Ġak."
IV Il-Ktieb ta' Enos 420 q.K. 1 "Enos"
V Il-Ktieb ta' Ġarom Mit-399 q.K.
sat-361 q.K.
1 "Ġarom"
u "Ġar."
VI Il-Ktieb ta' Omni Mit-323 q.K.
sal-130 q.K.
1 "Omni"
VII Il-Kliem ta' Mormon Mit-385 q.K. 1 "KtM"
VIII Il-Ktieb ta' Mosia Mill-130–124 q.K.
sat-92–91 q.K.
29 "Mosia"
u "Mos."
IX Il-Ktieb ta' Alma Mill-91–88 q.K.
sas-56–52 q.K.
63 "Alma"
X Il-Ktieb ta' Elaman Mit-52–50 q.K.
sas-6–1 q.K.
16 "Elaman"
u "Ela."
XI Il-Tielet Nefi Mill-1–4 w.K.
sal-34–35 w.K.
30 "Tielet Nefi"
u "3 Ne."
XII Ir-Raba' Nefi Mill-35 w.K.
sat-321 w.K.
1 "Raba' Nefi"
u "4 Ne."
XIII Il-Ktieb ta' Mormon Mit-321–326 w.K.
sal-401–421 w.K.
9 "Mormon"
u "Morm."
XIV Il-Ktieb ta' Etera 15 "Etera"
u "Ete."
XV Il-Ktieb ta' Moroni 401–421 w.K. 10 "Moroni"
u "Moro."

Referenzi

immodifika
  1. ^ "The Book of Mormon: Another Testament of Jesus Christ (The Church of Jesus Christ of Latter-day Saints Edition)" (bl-Ingliż). The Church of Jesus Christ of Latter-day Saints. Miġbur 2008-07-30.
  2. ^ Title Page, Book of Mormon (Ingliż)
  3. ^ Introduction, Book of Mormon (Ingliż)
  4. ^ A brief explanation about the Book of Mormon, Book of Mormon (Ingliż)

Ħoloq esterni

immodifika