Grammatika Maltija
Dan l-artiklu dwar il-lingwistika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Din għandha tkun paġna ta' referenza għall-grammatika Maltija. Biex titħaddet fuq il-grammatika Maltija mur fuq il-paġna tad-diskussjoni.
L-OrtografijaImmodifika
L-AlfabettImmodifika
L-alfabett Malti fih 30 ittra, li 6 huma vokali u 24 konsonanti. Dawn huma:
A | B | Ċ | D | E | F | Ġ | G | Għ | H | Ħ | I | IE | J | K | L | M | N | O | P | Q | R | S | T | U | V | W | X | Ż | Z |
a | b | ċ | d | e | f | ġ | g | għ | h | ħ | i | ie | j | k | l | m | n | o | p | q | r | s | t | u | v | w | x | ż | z |
L-istorja tal-alfabett hi kkaratterizzata mhux biss minn varjetà ta' simboli għal kull ittra, imma wkoll minn varjazzjoni fl-ordni tal-ittri. Waħda mill-bidliet fis-sekwenza hija tal-ittra Għ li, minflok bejn il-G u l-H, tiġi bejn in-N u l-O.
ara Lingwa Maltija.
Il-vokaliImmodifika
A/a, E/e, I/i, O/o, U/u, IE/ie
Il-vokali tal-leħenImmodifika
Il-vokali tal-leħen tidħol f’kelma biex inkunu nistgħu nlissnuha tajjeb. Din tidħol quddiem :
- konsonanti likwida (l,m,n,r,għ), eżempji :
ilbiesi nilagħbu nisirqu.
- quddiem konsonanti mtennija
ridt iddur riedet iddawwar irrid immur
- plurali ta’ sillaba waħda meta nużawhom ma’ Kliem il-Għadd (in-numri) minn 2 sa 10,
eżempji : żewġt itfal tlitt ibniet erbat iħbieb ħamest idjar sebat ibliet tmint ifran disat iklieb għaxart iħmir
- ‘s’ jew ‘x’ meta jinzertaw ħdejn konsonanti oħra u jkollhom l-artiklu, eżempji:
l-iskola l-ixkupi l-istejjer
v
Il-vokali fil-biduImmodifika
Il-vokali fin-nofsImmodifika
Il-konsonantiImmodifika
Il-konsonanti huma 24:
b,ċ,d,f,ġ,g,għ,ħ,h,j,k,l,m,n,p,q,r,s,t,v,w,x,ż,z.
Fil-Malti l-konsonanti huma importanti għax jifformaw l-għerq tal-kelma.
Eż. raġel għandha għerq r - ġ - l.
Il-konsonanti jistgħu jkunu:
- Sħaħ jew li ma jistgħux jitbiddlu. Dawn huma l-konsonanti kollha barra j u w
- Dgħajfin jew li jistgħu jitbiddlu. Dawn huma j u w
- Xemxin jew dawk li jassimilaw l-artiklu. Dawn huma 9: ċ,d,n,r,s,t,x,ż,z.
- Qamrin jew dawk li ma jassimilawx l-artiklu. Dawn huma 15: b,f,ġ,g,għ,ħ,h,j,k,l,m,p,q,v,w.
- Rotob jew dawk li jitlissnu bil-ħlewwa. Dawn huma 8:ċ,f,h,k,p,s,t,x.
- Qawwija jew dawk li jitlissnu bil-qawwa. Dawn huma 8: b,d,ġ,g,għ,v,ż.
- Likwidi jew dawk li xi drabi jieħdu l-vokali ewfonika. Dawn huma 5: l,m,n,r,għ.
AssimilazzjoniImmodifika
L-Assimilazzjoni issehh meta konsononati jinstemgħu mod differenti milli kif jinkitbu. L-assimilazzjoni tal konsonanti tinqasam fi tnejn : Shiha ; meta l-assimilazzjoni tkun tidher, ezempju : ix-xemx mhux il-xemx ghax 'x' hija konsonanta xemxija Parzjali ; Meta il-bidla tkun tinstema` biss u ma tinkitibx Din tinqasam fi tnejn : Rigressiva ; meta l-ittra ta` wara tinfluwenza lil dik ta` quddiema u ghalhekk tinstema mod iehor ez : dħul tinstema tħul Progressiva ; meta l-ittra ta` quddiem tinfluwenza lil dik ta warajha u tbiddel il-hoss ez : ġkieket .instema ġgieget
Il-punteġġaturaImmodifika
MorfoloġijaImmodifika
Tipoloġija tal-verbImmodifika
Il-modi tal-verbImmodifika
It-tempijiet tal-verbImmodifika
sempliciImmodifika
kompostiImmodifika
Il-foromImmodifika
- 1.Kiser, Rikeb, Feraħ, Ħarab, Xorob.
- 2.Kisser, Xemmex, Kerrah (NB h mhux ħ)
- 3.Bieraħ, Qarar, Bierek, Fiehem, Qiegħed
- 4. M'hemmx iktar
- 5.Tkisser, ixxemmex
- 6.Tbierek, tqârar, tqiegħed
- 7.Nkiser, ntrabat, nxtamm
- 8.Ltaqa'
- 9.Sfar, Sbieħ, Twal, Qsar, Qriegħ, Ħdar, Ċkien
- 10.staħba, stħarreġ, stkerrah (NB h mhux ħ)
Kif tiftakarhom?
- 1. kollha verbi ewlenien
- 2. it-tieni konsonanti tal verb ewlieni mtennija (mtwala) [tieni - zewġ ittri]
- 3. l-ewwel vokali tal-verb ewlieni mtawla f’ ie jew a [tielet - bierah]
- 4. M'hemmx iktar
- 5.Inzidu ‘t’ fil-bidu tat-tieni forma.
Jekk il-verb jibda b’dawn il-konsonanti : ċ, d, ġ, s, x, z, ż bit tikka, it-t tinbidel u ssir bħalhom - 6.Inzidu ‘t’ fil-bidu tat-tielet forma.
Jekk il-verb jibda bil-konsonanti ċ, d, ġ, s, x, z, ż, [sitt - t] it-t tinbidel u ssir bħalhom - 7.Inzidu ‘n’ jew ‘nt’ ma’ l-ewlieni.
Il-konsonanti ‘n’ u ‘t’ jinfirdu meta l-ewwel konsonanti tkun ‘s’ jew [seven - n] - 8.Inzidu ‘t’ wara l-ewwel konsonanti tal-għerq.
Tgħallem għazel bejn ftiehem tas-sitt forma u ftehem tat-tmien forma. - 9.Titnissel minn aġġettivi biss u jkollha sillaba waħda b’vokali twila.
- 10.Inzidu ‘st’ ma’ l-ewlieni jew it-tieni forma. Xi wħud huma mnissla minn nomi.
v
Il-konjugazzjoniImmodifika
Il-verbi irregolariImmodifika
Il-verbi irregolari huma dawk li ma jimxux għal kollox mal-konjugazzjoni tal-verbi l-oħra sħabhom. Dawn huma: ġie, kiel, ra, ħa, idda, emmen, mar, iżża, ta, qal, jaf, kellu, waqaf, jisem. [1]
(1) ta
Imperfett: nagħti, tagħti, jagħti, tagħti, nagħtu, tagħtu, jagħtu.
Perfett: tajt, tajt, ta, tat, tajna, tajtu, taw.
Imperattiv: agħti, agħtu.
Partiċipju Passat: mogħti, mogħtija, mogħtijin.
Is-7 forma:
Imperfett: ningħata, tingħata, jingħata, tingħata, ningħataw, tingħataw, jingħataw
Perfett: ingħatajt, ingħatajt, ingħata, ingħatat, ingħatajna, ingħatajtu, ingħataw.
(2) ħa
Imperfett: nieħu, tieħu, jieħu, tieħu, nieħdu, tieħdu, jieħdu.
Perfett: ħadt, ħadt, ħa, ħadet, ħadna, ħadtu, ħadu.
Imperattiv: ħu, ħudu.
Partiċipju Passat: meħud, meħuda, meħudin
(3) ra
Imperfett: nara, tara, jara, tara, jaraw, taraw, jaraw.
Perfett: rajt, rajt, ra, rat, rajna, rajtu, raw.
Imperattiv: ara, araw.
Partiċipju Passat: (perifrastiku) milmuħ, milmuħa, milmuħin p.p. ta' lemaħ
(4) M'hemmx iktar
(5) qal
Imperfett: ngħid, tgħid, jgħid, tgħid, ngħidu, tgħidu, jgħidu.
Perfett: għedt, għedt, qal, qalet, għedna, għedtu, qalu.
Imperattiv: għid, għidu.
Partiċipju Passat: ????
(6) ġie
Imperfett: niġi, tiġi, jiġi, tiġi, jiġu, tiġu, jiġu.
Perfett: ġejt, ġejt, ġie, ġiet. ġejna, ġejtu, ġew.
Imperattiv: ejja, ejjew.
Partiċipju Passat:
Partiċipju Attiv: ġej, ġejja, ġejjin
(7) mar
Imperfett: immur, tmur, jmur, tmur, immorru, tmorru, immoru.
Perfett: mort, mort, mar, marret, morna, mortu, marru.
Imperattiv: mur, morru.
Partiċipju Passat:
(8) idda
Imperfett: niddi, tiddi, jiddi, tiddi, niddu, tiddu, jiddu.
Perfett: iddejt, iddejt, idda, iddiet, iddejna, iddejtu, iddew.
Imperattiv: iddi, iddu.
Partiċipju Passat:
(9) iżża
Imperfett: niżżi, tiżżi, jiżżi, tiżżi, niżżu, tiżżu, jiżżu.
Perfett: iżżejt, iżżejt, iżża, iżżiet, iżżejn, iżżejtu, iżżew.
Imperattiv: iżżi, iżżu.
Partiċipju Passat: miżżi, miżżija, miżżijin ????
(10) emmen
Imperfett: nemmen, temmen, jemmen, temmen, nemmnu, temmnu, jemmnu.
Perfett: emmint, emmint, emmen, emmnet, emminna, emmintu, emmnu.
Imperattiv: emmen, emmnu.
Partiċipju Passat: emmnut, emmnuta, emmnuti
(11) kellu
Imperfett: ikolli, ikollok, ikollu, ikollha, ikollna, ikollkom, ikollhom.
Perfett: kelli, kellek, kellu, kellha, kellna, kellkom, kellhom.
Imperattiv:
Partiċipju Passat:
(12) Waqaf
(13) Jisem
kiel
Imperfett: niekol, tiekol, jiekol, tiekol, jieklu, tieklu, jieklu.
Perfett: kilt, kilt, kiel, kielet. kilna, kiltu, kiltu.
Imperattiv: kul, kulu.
Partiċipju Passat: mikul, mikula, mikulin
In-nomImmodifika
Il-pronomImmodifika
Pronomi Pronomi Magħżulin huma dawn - Jiena, inti, hija, huwa, ahna, intom, huma. pronomi Mehmużin
L-aġġettivImmodifika
NotiImmodifika
- ^ ġie, kiel, ra, ħa, idda u emmen tilfu l-alif.