Godfrey Grima

ġuralist Malti

Godfrey Grima (Żejtun, 1942) huwa magħruf għall-kontribuzzjoni tiegħu fil-qasam ġurnalistiku kemm lokali kif ukoll internazzjonali.

Godfrey Grima
Ħajja
Twelid 1942
Mewt 29 Marzu 2021
Kawża tal-mewt  (COVID-19)
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ġurnalist

Ġurnaliżmu

immodifika

Il-karriera tiegħu bdiet bħala reporter mal-gazzetta Il-Ħaddiem qabel mar jgħix Londra.

Fl-1967, Grima kien wieħed mill-ewwel rekluti tal-Financial Times Foreign Desk li dak iż-żmien, bħala gazzetta, kienet qed tespandi fuq livell internazzjonali. Kien fix-xogħol tiegħu mal-Financial Times li Grima speċjalizza fl-analiżi tal-aħbarijiet politiċi u ekonomiċi, liema analiżi, din il-gazzetta hija magħrufa għaliha b’mod universali.

Fl-1971, il-Financial Times fetħet uffiċċju f’Malta sabiex tkopri l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-Libja u l-attivitajiet militari li kienu qed iseħħu fil-Lvant u fil-Mediterran. Dan l-uffiċċju kien immexxi minn Grima li rtira mill-Financial Times fl-2010.

Grima kien il-fundatur tal-Associated News Group, illum magħruf bħala TBWA-ANG, aġenzija tal-komunikazzjoni magħrufa għall-kampanji ta’ reklamar li organizzat matul is-snin. Għal diversi snin, Grima kien ukoll iċ-Chairman ta’ din il-kumpanija.

Godfrey Grima huwa wkoll membru fil-Kunsill tal-Università u anke konsulent ma’ diversi klijenti ewlenin kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat.

Is-Sur Grima halla din id-dinja fid-29 ta' Marzu 2021 waqt li kien posittiv bil-Covid-19. Huwa kellu 79 sena.