Sistema operattiva magħmula mill-kernel Linux u għodda GNU.

Ġeneralment wieħed jikseb verżjoni lesta biex tiġi nstallata fuq CD, u jeżistu ħafna ditti li jipprovdu xi verżjoni ta' Linux. Dawn ġeneralment jistgħu jinkisbu b'xejn - imma mingħajr sapport mid-ditta - jew inkella jinxtraw regolarment, fejn hemm jiġu flimkien ma' għajnuna, manwali eċċ.

Il-kernel tal-Linux inbeda minn student Finlandiż Linus Torvalds fl-1991. L-għodda tal-proġett GNU kienu diġà jeżistu imma ma kellhomx kernel biex jiffurmaw sistema operattiva sħiħa, għalhekk dawn ikkomplimentaw lil xulxin perfettament. Flimkien ma' diversi prodotti oħrajn ħielsa bħall-XWindows, Gnome, KDE, OpenOffice.org u Firefox, wieħed jista' jikseb CD bis-softwer kollu li għandu bżonn b'xejn.

Il-GNU/Linux kien l-ewwel sistema operattiva li nqalbet għall-Malti.

Fost id-diversi verżjonijiet popolari nsibu Ubuntu u Red Hat.