Għar Kinderle
Għar Kinderle (bir-Russu: 30-летия Победы, Киндерлинская, Baxkir: Киндерле) huwa t-tieni l-itwal għar fin-nofsinhar tal-muntanji Urali. Jinstab fit-territorju tal-Park Naturali Zilim, 5 kilometru 'il bogħod mill-villaġġ Tashasti fuq il-lemin tax-xatt tax-xmara Kinderle f'Baxkortostan, ir-Russja. L-għar ifforma fil-perjodu Devonjan, u jikkonsisti f'4 artijiet oriżontali.
Id-daħla għall-għar tinstab f'altitudni ta' 94 metru, u tingħaqad ma' mina inklinata. Fil-mina hemm glaċiera tad-daqs ta' 720 metru kwadru u ħxuna ta' 8 metri. Diversi stalagmiti jikbru fuq il-glaċiera. It-tul tal-għar huwa 8130 metru, li jinkludi 230 metru taħt l-ilma. Il-volum tal-għar huwa 229600 metri kubi, u l-erja totali tal-art huwa 39400 metri kwadri. Il-wisa' medja tal-passaġġ huwa 5.4 metri u l-għoli huwa 7.1 metri. L-amplitudni tal-kurituri huwa ta' 215 metru; dan huwa l-iktar għar fond fil-muntanji Urali. Madwar l-għar jikber il-kannabis, għalhekk il-Baxkiri isejħu l-għar Kinderle. Fis-sajf, ġieli żammew laħam fuq il-glaċiera.
Fl-1974, l-għar ġie studjat minn speleoloġisti, u b'tifkira tal-anniversarju tat-30 sena tar-rebħa kontra Ġermanja Nażista, l-għar issemma Għar ir-Rebħa (bir-Russu: Пещера Победа)[1].
Huwa magħruf li hemm 67 għar fit-territorju tal-Park Naturali Zilim. L-iktar wieħed magħruf minnhom huwa Għar Kinderle, u eluf ta' turisti iżuru dan l-għar kull sena. Fl-2010, grada tal-metall ġiet installata biex tistabilizza is-sitwazzjoni ekoloġika tal-għar.