Foulques de Villaret
Foulques de Villaret (bl-Oċċitan: Folco del Vilaret, bil-Katalan: Folc del Vilaret; miet fl-1 ta’ Settembru 1327), kien il-25 Gran Mastru tal- Kavallieri Ospitallieri. Huwa mexxa b’suċċess il-ħakma ta’ Rodi u baqa’ ħaj wara attentat ta’ qtil minn membri tal-ordni tiegħu stess.
Foulques de Villaret | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
1306 - 1319 ← Guillaume du Villaret (mul) - Helion de Villeneuve →
31 Diċembru 1301 - 1305
3 Ġunju 1299 - | |||||||
Ħajja | |||||||
Twelid | Allenc (en) , 13 century | ||||||
Mewt | Teyran (en) , 1 Settembru 1327 (Gregorian) | ||||||
Familja | |||||||
Familja |
uri
| ||||||
Tribù | Famille de Villaret (en) | ||||||
Okkupazzjoni | |||||||
Okkupazzjoni |
patri ġellied reliġjuż bniedem militari |
Bijografija
immodifikaImwieġed f'Languedoc-Roussillon, Franza, iz-ziju tiegħu kien il-Gran Mastru Guillaume de Villaret. Zijuh kien għenu ħafna biex trawwem fil-karriera bikrija tiegħu fl-Ordni. Foulques inħatar Ammirall fl-1299, u Gran Kmandant sentejn wara. Sal-1303 kien Logutenent tal-Imgħallem, u ħa l-grad ta’ Gran Mastru mal-mewt ta’ zijuh.
Taħt it-tmexxija tiegħu, l-Ordni ħakmet Rodi, fis-snin 1308 u 1309. Intieħdu wkoll gżejjer oħra, inklużi Kastellórizo u Bodrum. Sussegwentament, il-Kavallieri mexxew il-kwartieri ġenerali tagħhom lejn Rodi.
Madankollu, minkejja l-benefiċċji kbar għall-Ordni mit-trażżin tal-Kavallieri Templari (l-assi tat-Templari ġew assenjati lill-Ospitalieri mill-Papa fl-1312), il-kampanji ta’ espansjoni territorjali ta’ Villaret daħħlu lill-Ordni f’ħafna dejn, u dawn id-djun kienu għadhom ma tħasslux sa nofs is-snin 1330ijiet. Jingħad li Villaret kien bniedem diffiċli u preokkupanti, u eventwalment aljena l-Ordni tiegħu.[bżonn referenza]
Saru allegazzjonijiet ta’ imġieba arroganti, anke tirannika, għalkemm l-ebda waħda mill-allegazzjonijiet ma hija speċifika, u rakkont Taljan tal-ħajja tal-Gran Mastri jsostni li kien trattat b’mod inġust.[bżonn referenza] Fl-1317, l-Ordni ppruvat tagħmel kolp ta’ stat kontra Villaret. Grupp ta' kavallieri marru biex joqtluh fir-residenza tiegħu f'Rhodini, iżda l-chamberlain tiegħu għen biex jaħrab. Huwa ħarab lejn il-kastell tal-Ordni f'Lindos, fejn kien assedjat mill-Ordni tiegħu stess. Sadanittant l-Ordni eleġġiet lil Maurice de Pagnac bħala Gran Mastru minfloku, u kitbu lill-Papa Ġwanni XXII f’Lulju biex jiġġustifikaw l-azzjonijiet tagħhom.
Il-Papa sejjaħ liż-żewġ Gran Mastri fil-qorti tiegħu f'Avignon biex isolvu t-tilwima. Intant, Fra Giraud de Pins amministra l-Ordni f’isem il-Papa. Il-Papa reġa’ ħatar lil Villaret – iżda dan għamly biss biex ikun jista’ jagħti r-riżenja tiegħu formalment. Fra Hélion de Villeneuve inħatar Gran Mastru fit-18 ta’ Ġunju 1319, u intant ix-xwejjaħ Pagnac miet. Il-Papa ħatar lil Villaret bħala Pirjol ta’ Capua għal għomru fid-29 ta’ Ġunju, iżda wara aktar problemi hemmhekk, ġie trasferit għall-Prijorat ta’ Ruma fl-1325. Dan l-arranġament ukoll jidher li ma rnexxiex, u wara April ta’ dik is-sena, irċieva biss pensjoni. Irritorna lejn art twelidu u għex bħala sempliċi Fra tal-Ordni fid-dar t’oħtu f'Teyran, ħdejn Montpellier. Miet fl-1 ta’ Settembru 1327 u ġie midfun f'dik li qabel kienet il-Knisja tat-Templari f’Montpellier.
Sorsi
immodifika- Luttrell, Anthony. "Noti dwar Foulques de Villaret, Master of the Hospital 1305-1319" f'The Hospitallers of Rhodes and the Mediterranean World (Aldershot 1992).
Predeċessur Guillaume du Villaret |
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann 1306–1319 |
Suċċessur |