Filosofija Presokratika
Il-filosfi Presokratiċi kienu attivi qabel Sokrate jew fi żmienu, iżda bnew fuq it-tagħrif żviluppat qabel. It-terminu oriġina mix-xogħol ta' Hermann Diels, Die Fragmente der Vorsokratiker (Il-Frammenti tal-Presokratiċi, 1903).
Il-presokratiċi ċaħdu l-ispjegazzjonijiet li kienet toffri l-mitoloġija tradizzjonali biex tfisser il-fenomeni li kienu jaraw madwarhom, u minflok ipprferu spjegazzjonijiet iktar razzjonali. Bosta minnhom saqsew:
- Min fejn oriġina kollox?
- Minn xiex huwa maħluq kollox?
- Kif nistgħu nispjegaw il-pluralità li naraw fin-natura?
- Kif jista' wieħed jispjega n-natura b'mod matematiku?
Lista ta' skejjel u filosfi
immodifika- Talete (624-546 QK)
- Anassimander (610-546 QK)
- Anassimene ta' Miletu (585-525 QK)
- Pitagora (582-496 QK)
- Philolaus (470-380 QK)
- Alcmaeon of Croton
- Archytas (428-347 QK)
- Eraklitu (535-475 QK)
- Skola Eleatika
- Żenofane (570-470 QK)
- Parmenide (510-440 QK)
- Żenone ta' Elea (490-430 QK)
- Melissu ta' Samos (C.470 QK-mhux magħruf)
- Empedokle (490-430 QK)
- Anassagora (500-428 QK)
- Protagora (481-420 QK)
- Ġorġja (483-375 QK)
- Thrasymachus
- Kallikle
- Kritone
- Prodicus (465-390 QK)
- Hippias (485-415 QK)
- Antifone (480-411 QK)
- Lycophron
- Anonymous Iamblichi
- Djoġene ta' Apollonja (C.460 QK-mhux magħruf)