Ferula melitensis

speċi ta' pjanta mill-familja Apiaceae


Il-Ferula melitensis, magħrufa bħala l-Ferla u l-Ferla ta' Malta, hija speċi ta' pjanta mill-familja Apiaceae. [1][2] II-Ferla ta' Malta hija endemika għall-Gżejjer Maltin.[1] [2] Din hija komuni fil-pajsaġġ Malti, f’tipi ta’ ħamrija u  ambjenti diversi, speċjalment fl-għelieqi abbandunati, fit-truf tal-mogħdijiet u fil-pajsaġġi tal-kampanja, fl-isteppa, fix-xagħri u f'art imħarbta.[1]

Ferula melitensis
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuPlantae
OrdniApiales
FamiljaApiaceae
TribùScandiceae
ĠeneruFerula
speċi Ferula melitensis
Brullo & C.Brullo & Cambria & Giusso & Salmeri & Bacch., 2018

Deskrizzjoni

immodifika

Hija pjanta perenni li tinxef għalkollox fis-sajf u terga’ tibda ttella fil-ħarifa meta tagħmel ix-xita.[3] Il-Ferula melitensis twarrad bejn Marzu u Mejju, billi tagħmel fjuri sofor fuq iz-zokk prinċipali li jkun maqsum f’diversi friegħi bi gruppi ta’ fjuri fit-tarf ta’ kull fergħa.[1]

Speċi endemika

immodifika

Il-Ferula melitensis ġiet deskritta xjentifikament għall-ewwel darba bħala speċi endemika f’rivista xjentifika fl-10 ta’ Diċembru 2018 u ingħatat l-isem ta’ Ferula melitensis Brullo, C.Brullo, Cambria, Giusso, Salmeri & Bacch. [2][4][5] Minn dan l-istudju nstab li l-Ferla f’Malta, li qabel kienet ikkunsidrata bħala Ferula communis, hija fil-fatt differenti mill-Ferula communis li tinstab fl-Ewropa u l-Ferula tunetana li tinstab fit-Tuneżija.[4][5] Ikkomparata ma’ speċi oħrajn tal-ġeneru Ferula, il-Ferula melitensis għandha differenzi morofolġiċi fil-weraq, nebbieta, fjuri, frott u fil-perjodu ta’ inflorexxenza.[5]

Il-Ferula melitensis żviluppat bħala speċi seperata u endemika minħabba iżolament ġeografiku bejn 5.96-5.33 miljun sena ilu mill-Afrika ta’ fuq.[4][6] Dan l-istudju sab li l-Ferula melitensis hija morfoloġikament l-aktar viċin il-Ferula tunetana tat-Tuneżija u l-Ferula communis fl-Ewropa fost speċi oħrajn mill-ġeneru Ferula.[5][7]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Ferula melitensis (Maltese Giant Fennel) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". www.maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-02-16.
  2. ^ a b ċ "Ferula melitensis Brullo, C.Brullo, Cambria, Giusso, Salmeri & Bacch. | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Miġbur 2024-07-29.
  3. ^ Distefano, M., Avola, G., Berti, S., & Riggi, E. (2024). Germination Kinetics of Ferula communis L. Seeds, a Potentially Multipurpose-Use Wild Species. Seeds, 3(2), 196-202.
  4. ^ a b ċ [httpss://www.independent.com.mt/articles/2019-01-04/local-news/A-new-endemic-species-to-Malta-the-Maltese-Ferule-6736201580 "A new endemic species to Malta: the Maltese Ferule - The Malta Independent"]. www.independent.com.mt. Miġbur 2024-08-13.
  5. ^ a b ċ d Brullo, S., Brullo, C., Cambria, S., Del Galdo, G. G., Salmeri, C., & Bacchetta, G. (2018). A new species of Ferula (Apiaceae) from Malta. Phytotaxa, 2018, 382(1), 74-88. doi:https://doi.org/10.11646/phytotaxa.382.1.3
  6. ^ "Maltese Ferule recognised as endemic species". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-13.
  7. ^ "Plant recognised as being endemic to Malta". Times of Malta (bl-Ingliż). 2019-01-03. Miġbur 2024-08-13.