Foviżmu
(Rindirizzat minn Fawviżmu)
Dan l-artiklu dwar l-arti huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Les Fauves (L-Annimali Slavaġ bil-Franċiż) kien grupp laxk u għomru qasir ta' artisti moderni fil-bidu tas-seklu 20. Ix-xogħlijiet tagħhom kienu jenfasizzaw il-kwalitajiet tal-pittur u kuluri qawwija fuq il-valuri ta' rappreżentazzjoni jew ta' realiżmu li kien juża l-Impressjoniżmu. Filwaqt li l-Foviżmu bħala stil beda lejn is-snin 1900 u kompla wara l-1910, il-moviment bħala tali dam biss tliet snin (1905-1907) u kellu tliet wirjiet. Il-mexxeja tal-moviment kienu Henri Matisse u André Derain.