Fatberg
Fatberg huwa borġ xaħam maqbud fis-sistema tad-dranaġġ iffurmata minn diversi affarijiet mhux biodigredabbli li jispiċċaw jintefgħu, bħal wet wipes, żjut, u materjal ieħor simili.[1][2] Dawn iċ-ċapep kbar ta' xaħam kienu identifikati bħala problema għall-ewwel darba f’Londra fil-bidu tad-deċennju tal-2010. Dan minħabba li s-sistema tad-dranaġġ f’dik il-belt tmur lura għal żmien ir-Reġina Vittorja u fl-istess waqt ma kinetx qed tlaħħaq mal-ammont dejjem jikber ta’ prodotti li suppost jistgħu jkunu fflaxxjati, imma fil-fatt ma jiddegradawx immedjatament.
Deskrizzjoni
immodifikaIl-Fatbergs jifformaw fil-partijiet l-aktar ħarxa tas-sistema tad-dranaġġ fejn il-fluwidi jsibu aspetti turbulanti. F’pajpijiet u katusi lixxi, ftit li xejn hemm ċans li jeħel, iżda fejn ikun hemm partijiet ħorox jew ikun hemm xi forma ta’ ostaklu fis-sistema, il-kurrent tal-likwidu jabad fih debris tal-meterjal fluwidu li jgħaddi minnu.
Is-sistemi tad-dranaġġ spiss jgħaddu minn partijiet mibnija fil-konkos jew f'xi forma ta’ bricks. F’dawn il-partijiet jaf ikun hemm ukoll terrapien, biċċiet tal-ġebel u fdalijiet oħra mill-kostruzzjoni nfisha. Fejn it-temperaturi jvarjaw ħafna matul is-sena, hemm ċans akbar ta’ dan it-tip ta’ materjal tal-kostruzzjoni li jitkaxkar mad-dranaġġ. Apparti hekk, spiss ikun hemm ukoll għeruq tas-siġar jew xi cables li, b’xi mod jew ieħor, jidħlu fis-sistema tad-dranaġġ u dawn jagħtu lok għall-fatbergs biex jiffurmaw magħhom.
F’sistemi tad-dranaġġ fejn l-alkalinità tal-materjal fluwidu hija għolja, hemm aktar ċans ta’ kalċifikazzjoni u ossifikazzjoni.[3] Il-fatbergs ħafna drabi jkun fihom ferm aktar minn wipes u xaħmijiet li ma jdubux faċilment fl-ilma meta jkunu fflaxxjati fit-toilet. Dawn jinkludu produtti tal-iġene femminili, cotton buds, labar,[4] kondoms kif ukoll fdalijiet tal-ikel li jaslu fis-sistema tad-dranaġġ mis-sink tal-kċina.[1][5][6] Iċ-ċapep li jifformaw matul is-snin minn dan il-materjal jaf ikunu iebsa daqs il-konkos, u jinħtieġu apparat speċjalizzat biex jitneħħew.
F’ċerti nħawi, bħal f’Londra, ix-xaħam li maqbud fil-katusi jista’ anke jirriżulta f’proċess ta’ sapunifikazzjoni, li fih il-xaħam jagħqad f’tip ta’ sustanza li qisha sapun.[4]
Meta x-xaħam isodd is-sistema tad-dranaġġ, din tista’ anke tiżbroffa, u b’hekk il-materjal tad-dranaġġ jista’ joħroġ fl-ambjent mingħajr ma jkun ittrattat jew imsaffi. Fl-Istati Uniti, kważi nofs l-imblokki kollha tad-dranaġġ huma kkawżati mix-xaħmijiet.[7]
Fatbergs ġew ikkunsidrati bħala sors ta' fjuwil,[8] speċifikament il-bijogass.[9] Il-parti l-kbira minn fatberg li nstabet f’Whitechapel f’Londra fl-2017, li kienet tiżen 130 tunnellata (130,000 kg) u kbira madwar 250 metru (829 pied), kienet użata għall-produzzjoni tal-biodiesel.[4][10]
Il-fatbergs jistgħu jiġu evitati permezz ta' kampanji pubbliċi li jżidu l-għarfien dwar materjal li m’għandekx tifflaxxja u x’filtri hemm bżonn għax-xaħmijiet biex jiġi evitat li dawn jidħlu fis-sistema tad-dranaġġ.[3] Tnedew kampanji kontra l-wet wipes għax dawn huma wieħed mill-kaġunijiet prinċipali tal-fatbergs, b’mod partikolari minn Surfers Against Sewage u l-Marine Conservation Society, fost NGOs ambjentali oħra li talbu lill-Advertising Standards Authority tar-Renju Unit biex twaqqaf dawk li huma sejħu branding u ppakkettar li jista’ jiżgwida lill-konsumaturi.[11]
Fejn issibhom
immodifikaIl-fatbergs issibhom fis-sistemi kollha tad-dranaġġ madwar id-dinja, sew fl-ibliet kbar kif ukoll oħrajn relattivament żgħar. Fatbergs ġganteski imbokkaw is-sistemi tad-dranaġġ f’Londra, New York, Denver, Valencia, u Melbourne.[12]
Etimoloġija
immodifikaIl-kelma fatberg tissawwar mit-twaħħid tal-kliem "fat" (xaħam) u "berg" (borġ), bl-istess mod bħal iceberg. Fl-2008 il-kelma kienet użata għall-ewwel darba biex tiddeskrivi “ċapep kbar ta’ xaħam tat-tisjir qishom blat” li tfaċċaw fuq bajja f'Wales, u sal-2010 kienet bdiet tintuża b’referenza għall-mases ta’ xaħam li kienu qed jimblokkaw is-sistema tad-dranaġġ f’Londra.[13]
Il-kelma ġiet miżjuda fl-Oxford Dictionaries Online fl-2015.[14] It-terminu jintuża mill-awtoritajiet ta' Thames Water[1] u South West Water,[15] it-tnejn fin-Nofsinhar tal-Ingilterra.
Fatbergs notevoli
immodifika- 6 ta' Awwissu 2013: Fatberg bejn wieħed u ieħor daqs karozza tal-linja li tiżen 15-il tunnellata), li jikkonsisti f’xaħam tal-ikel u wet wipes, ġie skopert fis-sistema tad-dranaġġ taħt London Road f’Ringston upon Thames, Londra. [16][17]
- 1 ta' Settembru 2014: Massa solida ta' xaħam, wet wipes, ikel, blalen tat-tennis u pjanċi tal-injam daqs ajruplan Boeing 747 ġiet skoperta u kklerjata mill-ħaddiema tas-sanità f'fossa taħt parti ta' triq 260 pied (80 m) taħt Shepherd's Bush, Londra.[18]
- 3 ta' Settembru 2014: Is-sistema tad-drenaġġ taħt Melbourne, l-Awstralja kienet misduda minn massa kbira ta' xaħam, grass u skart.[19]
- Jannar 2015: Bħala parti minn kampanja kontra l-imblukkar tad-drenaġġ, Welsh Water ħarġet vidjow li juri fatberg fis-sistema tad-drenaġġ f'Cardiff.[20]
- April 2015: Fatberg twil 40 metru (130 pied) tneħħa mill-kanali tad-dranaġġ taħt Chelsea. Ħa aktar minn xahrejn biex jitneħħa, u l-ħsara li kkawża swiet madwar £400,000 biex issewwiet.[21]
- Lulju 2015: Ġie skopert fatberg twil 120 metru (390 pied) f'Walespool f'nofs Wales.[22]
- Jannar 2016: Imblukkar ikkawżat minn fatberg ħdejn Newcastle, New South Wales, l-Awstralja, għamel ħsara fl-istazzjon tal-ippumpjar tad-drenaġġ Eleebana. Dan il-fatberg kien jiżen madwar tunnellata u ħa erba' sigħat biex jitneħħa bi krejn.[23]
- Settembru 2017: Fatberg twil 250 metru (820 pied) u li jiżen aktar minn 130 tunnellata (140 tunnellata) instab taħt Whitechapel, Londra.[24] Kieku jaħdmu sebat ijiem fil-ġimgħa bi spiża ta’ £1 miljun fix-xahar, l-awtoritajiet stmaw li jdumu xahrejn biex jeqirduha.[25][26] Żewġ biċċiet minn din il-fatberg inqatgħu fl-4 ta' Ottubru 2017 u, wara bosta ġimgħat ta' tnixxif, intwerew fil-Mużew ta' Londra mid-9 ta' Frar 2018 sa Ġunju 2018, bħala parti mill-istaġun City Now City Future tal-istess mużew.[27][28] Skont il-kuratur Vyki Sparkes, dawn il-biċċiet mill-fatberg saru wieħed mill-aktar attrazzjonijet popolari tal-mużew.[29]
- Settembru 2017: Ġie skopert fatberg ta‘ xaħam imħallat, wet wipes, u skart taħt it-toroq ta' Baltimore, Maryland li kkawża t-tixrid ta’ 1.2 miljun gallun Amerikan (4.5 miljun litru jew miljun gallun imperjali) ta' drenaġġ f'Jones Falls.[30]
- April 2018: Huwa ssuspettat li Fatberg skopert taħt South Bank f’Londra huwa akbar minn dak li nstab taħt Whitechapel.[31]
- Diċembru 2018: Ħaddiema tad-dranaġġ skoprew fatberg f'Sidmouth, Devon li kien twil 64 metru. Il-ħaddiema ħadu tmien ġimgħat biex ineħħuh.[32] Dan kien l-akbar fatberg skopert fir-Renju Unit barra minn belt kbira,[33] u l-akbar fl-istorja ta’ South West Water sa din id-data.[15]
- Frar 2019: L-ikbar fatberg fir-Renju Unit ġie skopert fi dranaġġ fi Triq Birchall f'Liverpool. Kien jiżen 400 tunnellata u twil 250 metru. Sitt xhur wara, kien għadu qed jitneħħa mill-kanal tad-dranaġġ, u kien qed ikun diffiċli biex jitkisser bl-użu ta’ għodda u tagħmir konvenzjonali.[34]
- Diċembru 2019: L-ewwel sejba ta' fatberg kbir fit-Tramuntana tal-Ingilterra kienet irrappurtata minn United Utilities taħt il-Ħabs ta' Manchester. Il-fatberg b’tul ta' 170 pied (52m) kien stmat li jiżen "madwar l-istess bħal tliet iljunfanti", u ħa diversi ġimgħat biex jitneħħa kompletament.[35]
- April 2020: Fatberg ta' 42 tunnellata b'daqs ta' tanker tal-petrol ġie skopert f'Melbourne, l-Awstralja. Id-daqs kbir tiegħu m’għandu x’jaqsam xejn ma' sadd ieħor fl-Awstralja. Dan jaqbeż sew il-fatbergs Awstraljani tal-2014 u l-2016. Il-ħtija ta’ dan twaddbet primarjament fuq in-nuqqas ta' toilet paper ikkawżat mill-imxija tal-COVID-19.[36][37]
Fil-kultura popolari
immodifikaFis-single ‘’Arch Enemy’’ ta’ Everything Everything, in-narratur tal-kanzunetta jitlob lill-fatberg biex jeqred id-dinja fuq is-sistema tad-dranaġġ li jinstab fiha.[38]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ "Monster fatberg longer than two Wembley football pitches clogging up Whitechapel sewer". Thames Water (bl-Ingliż). 12 Settembru 2017. Arkivjat mill-oriġinal fl-29 Marzu 2019.Manutenzjoni CS1: url mhux tajjeb (link)
- ^ "Wet wipes could face wipe-out in plastic clean-up". BBC News (bl-Ingliż). 8 Mejju 2018.
- ^ a b "Don't feed the fatberg! What a slice of oily sewage says about modern life". the Guardian (bl-Ingliż). 2018-02-18. Miġbur 2021-03-22.
- ^ a b ċ Sparkes, Vyki (6 Frar 2018). "Fatberg! Exhibiting the 'Monster of Whitechapel'". Museum of London (bl-Ingliż). Miġbur 10 Marzu 2021.
- ^ "Britain's biggest ever 'fatberg' - the size of a bus and weighing 15". The Independent (bl-Ingliż). 2013-08-06. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Gross Photos Show Sewer Workers Battling A 'Fatberg' The Size Of A Boeing 747 Under London". finance.yahoo.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ US EPA, OW (2015-10-13). "2004 NPDES CSO Report to Congress". US EPA (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Kevin McCloud's Man Made Home". Channel 4 (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Thames Water and 2OC in £200m deal to turn 'fatbergs' into energy". www.waterbriefing.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ "'Monster' Whitechapel fatberg unveiled at London museum" (bl-Ingliż). 2018-02-08. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Wessex Water lodge 'flushable' wet wipes complaint with Advertising Standards Authority" (bl-Ingliż). 2016-09-21. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "War on fatbergs: Can this 21st Century peril be blitzed?" (bl-Ingliż). 2019-01-20. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Home : Oxford English Dictionary". www.oed.com (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ Association, Press (2015-08-27). "From bants to manspreading: what's new in the oxforddictionaries.com" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ a b "Sidmouth Fatberg". web.archive.org. 2019-11-12. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-11-12. Miġbur 2021-03-22.
- ^ 2013-08-06, Britain's biggest 'fatberg' removed from London sewer, BBC
- ^ Flegenheimer, Matt (2015-03-13). "Wet Wipes Box Says Flush. New York's Sewer System Says Don't" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ 2014-09-01, Enormous 'fatberg' the size of an AEROPLANE found blocking sewers in London, Mirror UK
- ^ 2014-09-03, Melbourne’s sewerage system clogged by fatberg, warns Yarra Valley Water, News.com.au
- ^ "Fatberg found blocking Cardiff sewer" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ Ratcliffe, Rebecca (2015-04-21). "10-tonne fatberg removed from west London sewer" (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Fat blockage 120m long discovered in Welshpool sewer" (bl-Ingliż). 2015-07-08. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Monster wet wipes blockage pulled out of sewer pipe". www.abc.net.au (bl-Ingliż). 2016-02-25. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "'Monster' fatberg found blocking east London sewer" (bl-Ingliż). 2017-09-12. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "'Fatberg' found in Baltimore sewer system after overflow - ABC News". web.archive.org. 2017-09-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-09-29. Miġbur 2021-03-22.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Fatbergs: 90% of London restaurants are contributing to problem". the Guardian (bl-Ingliż). 2017-10-10. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "London's fatberg on show: 'We thought of pickling it'". the Guardian (bl-Ingliż). 2018-02-04. Miġbur 2021-03-22.
- ^ Knight, Sam. "A Fatberg's Journey from the Sewer to the Museum of London". The New Yorker (bl-Ingliż). Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Fatberg boosts museum numbers" (bl-Ingliż). 2018-06-26. Miġbur 2021-03-22.
- ^ Wells, Carrie. "'Fatberg' of congealed fat, wet wipes and waste discovered under Baltimore's streets, causing sewer overflows". baltimoresun.com. Miġbur 2021-03-22.
- ^ Fatberg 'autopsy' reveals growing health threat to Londoners, The Guardian, Nadia Khomami, 24 April 2018
- ^ "Sixty-four-metre 'fatberg' discovered in English seaside resort". the Guardian (bl-Ingliż). 2019-01-08. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Monster fatberg found blocking Sidmouth sewer" (bl-Ingliż). 2019-01-08. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Monster found in liverpool sewer". www.unitedutilities.com. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Fatberg 'as heavy as three elephants' under HMP Manchester" (bl-Ingliż). 2019-12-19. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "The flushed items that caused a 42-tonne 'fatberg' in Melbourne". 7NEWS.com.au (bl-Ingliż). 2020-04-14. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Giant fatberg heavier than petrol tanker discovered in Melbourne sewer". www.9news.com.au. Miġbur 2021-03-22.
- ^ "Everything Everything detail fifth album and release new song 'Arch Enemy'" (bl-Ingliż). 2020-05-13. Miġbur 2021-03-22.