En passant
Dan l-artiklu dwar l-isport huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
En passant (etimoloġikament mill-Franċiż) huwa metodu speċjali ta' qbid fiċ-ċess li jseħħ meta pedina taqbad pedina tal-għadu li tinsab orizzontalment biswit u li tkun għadha kemm għamlet avvanz inizzjali ta' żewġ kaxex. Il-pedina tal-qbid timxi fuq il-kaxxa li l-pedina tal-tkun għadha kif għaddiet minn fuqha, bħallikieku l-pedina tal-għadu avvanzat kaxxa waħda biss. Ir-regola tiżgura li pedina ma tistax tuża l-mossa ta' żewġ kaxex tagħha biex taqbeż b'mod sigur wara pedina tal-għadu.
Il-qbid en passant huwa permess biss fil-mossa immedjatament wara l-avvanz ta' żewġ kaxex; ma jistax isir f'mossa oħra. Il-mossa tal-qbid kultant tiġi nnotata billi tehmeż l-abbrevjazzjoni e.p.
Ħoloq esterni
immodifika