Elaine Feinstein
Elaine Feinstein (imwielda Elaine Cooklin; 24 ta’ Ottubru 1930 - 23 ta’ Settembru 2019)[1][2] kienet poetessa, rumanziera, kittieba ta’ novelli, drammaturga, bijografa u traduttriċi. Hija ngħaqdet mal-Kunsill tar-Royal Society of Literature fl-2007.
Elaine Feinstein | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Elaine Cooklin |
Twelid | Bootle (en) , 24 Ottubru 1930 |
Nazzjonalità | Renju Unit |
Mewt | 23 Settembru 2019 |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Newnham College (en) 1952, 1955) Baċellerat tal-Arti, Masters tal-Arti : Ingliż |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
drammaturgu rumanzier traduttur poeta novellist bijografu kittieb xeneġġatur |
Impjegaturi | University of Essex (en) |
Premjijiet | |
Influwenzat minn | Emily Dickinson (mul) |
Sħubija | Soċjetà Rjali tal-Letteratura |
Karriera letterarja
immodifikaFeinstein iżżewġet u kellha tliet subien ma’ żewġha, Arnold Feinstein. Hekk kif qabdet tikteb mill-ġdid, “reġgħet ħadet il-ħajja”. Bdiet iżżomm id-djarji, tgawdi l-proċess tal-qari u tal-kitba tal-poeżija, u tikkomponi xi xogħlijiet biex jgħinuha tagħmel sens minn din l-esperjenza. Hi kkummentat li riedet “propożizzjonijiet sempliċi, linji li ħarġu jkantaw mill-poeżiji bi frażijiet perfetti donnhom linji tal-mużika.” Il-poeżija ta' Marina Tsvetayeva spiratha sabiex tittraduċi xi poeżiji minn tagħha. Dawn il-poeżiji ġew ippubblikati mill-Oxford University Press u Penguin Books fl-1971. Hi rċeviet tliet premijiet għat-traduzzjoni mill-Kunsill tal-Arti.
Wara li fl-1980 saret membru tar-Royal Society of Literature, il-kitba saret ix-xogħol primarju tagħha. Fl-1990, irċeviet il-Cholmondeley Award għall-Poeżija u Dottorat Onorarju mill-Università ta’ Leicester.[2] Kultant kienet iżżur ir-Russja biex tagħmel riċerka għall-kotba tagħha, filwaqt li żżur ukoll xi ħbieb, fosthom Yevgeny Yevtushenko.[3] Ix-xogħlijiet tagħha jinkludu erbatax-il rumanz, ħafna radju drammi, drammi televiżivi u ħames bijografiji, fosthom A Captive Lion: The Life of Marina Tsvetaeva (1987) u Pushkin (1998). Ted Hughes: The Life of a Poet (2001) ġie nnominat għall-Marsh Biography Prize, premju li jingħata darbtejn f’sena. Il-bijografija li kitbet fuq Anna Akhmatova, Anna of all the Russias, ħarġet fl-2005 u ġiet tradotta fi tnax-il lingwa Ewropea, inkluż ir-Russu.[4]
Meta reċentament, f’intervista ma’ Alma Books, ġiet mistoqsija liema tliet kotba tagħżel li ssalva kieku darha kellha tieħu n-nar, Feinstein irrispondiet, “Kieku nieħu l-iPad.”[1]
Mewt
immodifikaElaine Feinstein mietet b’kanċer f’Londra fit-23 ta’ Settembru 2019 fl-età ta’ 88 sena. Warajha ħalliet tliet ulied u sitt neputijiet.[1]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ Genzliger, Neil. "Elaine Feinstein, Poet, Novelist and Biographer, Dies at 88" (bl-Ingliż).
- ^ a b "Elaine Feinstein". British Council Literature (bl-Ingliż).
- ^ "Carcanet Press - Elaine Feinstein (1930 - 2019)". www.carcanet.co.uk. Miġbur 2022-05-21.
- ^ "The Elaine Feinstein Page". www.elainefeinstein.com. Miġbur 2022-05-21.