Diskussjoni għajnuna:Sintassi

Latest comment: 13-il sena ilu by Leli Forte

Qed nipprova ninkludi dar-ritratt (http://en.wikipedia.org/wiki/File:Nick_Drake_Promo.jpg) li diġa' jinsab fil-Wikimedia u ppubblikat fl-artiklu bl-Ingliż, mal-artiklu (http://mt.wikipedia.org/wiki/Nick_Drake) li qed nibni fil-Wikipedia bil-Malti.

Il-kodiċi li qed nuża hu dan:

Stampa:Nick Drake Promo.jpg
Nick Drake, c.1969

Mill-eżempju t'hawn stess, għal xi raġuni l-istampa mhux qed titla'. Ippruvajt infittex l-għajnuna fil-paġni relatati, però bla suċċess. Qed nipprova nevita li noqgħod intella' r-ritratt doppju fil-Wikimedia, la diġà qiegħed hemm!

Għandkom xi suġġeriment dwar x'nista' qed nagħmel ħażin?

- Drinu (d) 11:15, 14 Diċembru 2011 (UTC)Wieġeb


F'dal-każ, niżżilt l-istampa fuq il-kompjuter tiegħi, imbagħad użajt Għodda -> Tella fajl. Leli Forte (d) 13:38, 14 Diċembru 2011 (UTC)Wieġeb


Grazzi, Leli! Kont qed nittama li nuża r-ritratt li diġa' hemm imtella' u wżat fil-Wiki Ingliż, mingħajr ma nerġa' ntellgħu jien. - - Drinu (d) 13:47, 14 Diċembru 2011 (UTC)Wieġeb

Mhux dejjem tista'. Għandu jkun iridu jkunu fuq wikicommons. Leli Forte (d) 19:53, 14 Diċembru 2011 (UTC)Wieġeb

Return to "Sintassi" page.