Diskussjoni:Kompjuter

Latest comment: 18-il sena ilu by Holistic in topic Glussarju

Il-Malti fit-Teknoloġija

immodifika

Bħal kull lingwa oħra il-Malti jieħu fih ħafna kliem ġodda mill-ingliż għat-teknoloġija. Kulltant, jew dejjem, hu diffiċli li ssib kelma tajba bil-Malti:

Evan Camilleri (Holistic) 18:04, 14 Settembru 2006 (UTC)Wieġeb

Din interessanti għal kull min hu attiv fil-wikipedia bil-Malti. Ktibt email lill-Għaqda tal-Malti xi jumejn ilu propju biex nitlobhom l-għajnuna fuq dan it-tip ta' kliem. L-email waslet imma tlabt l-għajnuna ta' xi ħadd u għadu ħadd ma qalli li lest li jgħin, għalkemm qajmet ftit interess. Nispera li ma ndumux ma nsibu lil xi ħadd kompetenti li jista' jgħinna.

Jien tal-opinjoni għalissa li ċerta kliem inħalluhom bl-Ingliż u nagħmluhom fi 'quotes' jew italics. L-iskop hu li la nsibu kelma adatta, imbagħad nibdluha. Inkella se nispiċċaw dejjem nagħżlu t-triq il-ħafifa u ma niktbux bil-Malti, speċjalment f'artikli ta' teknoloġija.

  • Kliem bħal 'touch skrijn' kif imsemmi hawn fuq ma tant jagħmel sens. Jew inħalluha 'touch screen' (u deskrizjoni żgħira ta' x'inhu), jew 'taċċ skrijn' (kollox bil-Malti u mhux kelma 'l hawn u kelma 'l hemm)
  • Kliem bħal 'Video' daħlet sew fil-Malti u ma nafx nistgħux naqbdu u nħalluha 'video' anke bil-Malti.
  • Fil-każ ta' 'media' dik diġa' għandna kelma għaliha - 'medja', tintuża sew għalkemm forsi tinstema aktar f'każ ta' TV, Radju u hekk.

Dan mhux suġġett faċli li tiddiskutih għax qas fl-Għaqda tal-Malti u l-Professuri li hemm l-Universita' ma jafu eżatt liema hi l-aħjar triq. :(

Tony Sammut 07:19, 15 Settembru 2006 (UTC)Wieġeb


Darba rajt programm fuq Education 22 u minn kien qiegħed jitkellem qal li kien ser isir xi ħaġa. Xi affarijiet kienu kontraverżjali bħal: mobile phone jiġi msejjaħ telfon tal-but. Issa nara nsrix naf min hu forsi nagħmlu kuntatt miegħu. Dan ġieli kien jagħmel kompetizzjonijiet fuq E22.

Evan Camilleri (Holistic) 12:29, 15 Settembru 2006 (UTC)Wieġeb

Superkompjuter

immodifika

x'taħseb li għal kelma supercomputer tiktibiex Superkompjuter, jew micro mikro u mini mingħajr italics? Aldo Fenech

ħsibtha kont u rajtha stramba :) imma tagħmel iktar sens kif qieħed tgħid int. Sfortunatament ħafna drabi aħna fit-teknoloġija ħlief kliem ingliż...jew amerikan...m'għandniex! Evan Camilleri (Holistic) 21:53, 12 Settembru 2006 (UTC)Wieġeb

Glussarju

immodifika
  • hawn issibu lista ta' kliem tekniku bil-Malti .. qabel kienu fuq linux.org.mt . JLM :))
grazzi... imma xorta għad hemm ħafna kliem nieqsa! Evan Camilleri (Holistic) 22:40, 14 Settembru 2006 (UTC)Wieġeb
Iva indunajt... hafna kliem huwa l'aktar mill-qasam tas-sistemi operattivi .. Hawn issib serje ta' poddati bill-Malti fuq l-istorja tal Kompjuters. Il-kliem użat mhux sabiħ wisq.. pero mit-tifsir forsi nilħqu kunsens għall kliem adekwat hawnekk. Joe :))
Evan, indunajt li insejt inqiegħed il-Link għall poddati bill-Malti fuq l-istorja tal Kompjuters :|
..hawn hu: http://www.campusfm.um.edu.mt/pages/webcastspages/magni.htm
Għandhi wkoll mistoqsija fuq din is-sentenza fit tieni paragrafu ta' l'artiklu:
Il-programm imsejjaħ sistema operattiva jipprovdi wkoll mezz biex dak li jkun juża' u jekk hemm bżonn jinteragixxi mal-kompjuter.
Is sentenza naqra stramba..għalfejn hemm diek il-u??
Artiklu sabiħ u siewi :)) Joe

Grazzi tal-kummenti.
  • Hemm bzonn niddeċiedu darba għal dejjem kif ser niktbu t-teknoloġija bil-malti! Napprezza kieku tgħidli liema huma dawk il-kliem bil-Malti li ma għoġbukx. Ara l-kumment li zzidt issa fil-bidu ta' l-artiklu... forsi nsib ċans u nikteb traduzzjonijiet hemmhekk!
  • Dik is-sentenza li semmejt mhux xi Malti A+... issa nsaqsi l-kunjatu (kien għalliem tal-malti u poetà) biex jirranġha! Li rrid ngħid hu bis-sistema operattiva wieħed jista' juża l-kompjuter (għax il-hardwer ikun available) u kif ukoll jinteraġixxi (mal-hardwer, fajls, etc)
  • Il-Link ta' podatti (ma fhimtx il-kelma podatti) nagħmilha; ħa nara fejn l-aħjar... naħseb f'referenzi?
  • Ħallejtlek kumment fit-talk page tiegħek rigward wikipedia... nistenna risposta!
Evan Camilleri (Holistic) 11:08, 23 Settembru 2006 (UTC)Wieġeb
Return to "Kompjuter" page.