Diskussjoni:Astronomija
Aldo, l-ewwel nett prosit tax-xogħol ferm interessanti li qed tagħmel rigward dan is-suġġett affaxxinanti. Kieku minnek nagħti daqqa t'għajn artikli miktuba b'lingwi oħrajn u tipprova tieħu naqra idea ta' kif għandek tqassam l-artiklu dwar l-astronomija. Per eżempju, il-pjaneti kollha għandhom paġna partikolari iddedikata għalihom. L-artiklu rigward l-astronomija għandu jservi biss ta' introduzzjoni u fih innifsu għandu jkun hemm links għal aktar approfondiment fis-suġġett. Li ser nagħmel għalissa huwa li nmexxi is-sezzjoni rigward Merkurju għal paġna ġdida. Nixtieqek tinnota wkoll il peress li merkurju huwa wkoll l-isem ta' alla tal-mitoloġija kif ukoll element kimiku kelli nuża il-paġna tad-diżambiwazzjoni. Din għamiltha billi użajt it-template bl-istess isem. Il-paġna l-ġdida tal-pjaneta merkurju tista' ssibha hawn:
Grazzi
immodifikaFilfatt meta mort u ma rajtx iżjed l-artiklu dwar Merkurju ħadt qatgħa, ħsibt li xi ħadd neħiħ u mhux mexxih! Insomma l-aqwa li issa naf li għax mexxejtu inti! Grazzi mill-ġdid! Aldo Fenech